Fenech ma jridx jurih

  • Mar 06, 2013 12:20
  • Miktub minn
"

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech baqa' jinsisti li ma jridx juri l-arloġġ ta' Malta li l-mara ta' ħu George Farrugia tatu fil-preżenza tiegħu stess.

    Il-ġurnalisti talbu biex jaraw dan l-arloġġ anke minħabba li Fenech baqa' jinsisti li dan huwa replika maħdum bl-idejn minn din il-mara u li m'għandu l-ebda valur. Hekk kif fil-qorti tressaq l-eks Chief Projects Officer tal-Enemalta akkużat li aċċetta bħala rigal mingħand George Farrugia, platt tal-fidda, il-ġurnalisti xtaqu jiġġudikaw huma jekk dan l-arloġġ għandux valur jew le. Fi storja ppubblikata mit-Times tal-lum intqal li lanqas il-Kummissarju tal-Pulizija ma prova jikkwantifika l-valur ta' dan l-arloġġ.

    Intant Fenech tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni tax-xogħol f'pajjiżna u qal li hu normali li r-rata tiżdied fis-sitt xhur ta' qabel l-elezzjoni.

    Fenech qal ukoll li dak li qal il-Kummissarju Ewropew Gunther Oettinger dwar il- pipeline tal-gass hija korettissima. Fenech qal li wara li jgħaddi l-baġit Ewropej fejn Malta mistennija tieħu €1.128 biljun jgħaddi mill-Parlament, wara Malta tressaq għall-approvazzjoni l-proġett tal-pipeline fejn l-UE mistennija tat għal dan il-proġett €63 miljun. “Jekk jikkwalifika, li għandu jikkwalifika,” qal Fenech.

    Huwa qal li l-kumplament tal-flus ta' dan il-proġett li b'kollox se jkun jiswa €250 miljun se jiġu mill-investiment li trid tagħmel l-Enemalta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    17