"Dak kien il-partit li ħabbejt" - Alfred Bray, attivist u eks kandidat tal-PN

  • Mar 06, 2013 10:37
  • Miktub minn
"

    Fil-Mosta Alfred Bray dejjem kien magħruf bħala Nazzjonalist akkanit. Saħansitra, kien hemm elezzjonijiet fejn kien kandidat u għal snin twal ħa ħsieb il-Każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta. Iżda, erbat ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali fuq One Breakfast Alfred Bray iddikjara li jinsab iddiżgustat b’dak li jinsab għaddej fil-Partit Nazzjonalista li ma baqax jisma’ lin-nies.

    Bray jagħmel appell lil dawk indeċiżi: “Tħossha bi tqila li min-nazzjonalista taqbel għall-Partit Laburista, imma waħda ngħid, aħna lkoll ċittadini Maltin u m’għandniex noqogħdu naraw il-passat u għandna naraw il-futur.”

    Intant, f'każ separat filmati li poġġa l-eks teżorier tal-Partit Nazzjonalista fuq is-sit magħluq tiegħu fuq facebook liema sit jistgħu jaraw x'jinkiteb il-membri Nazzjonalisti biss, qajmu reazzjoni minn diversi persuni li bdew jilmentaw mill-fatt li l-Gvern Nazzjonalista ma ħax ħsieb in-nies tiegħu. Peter Darmanin iweġibhom li hu m'għandu xejn fuq il-kuxjenza.

    Norman Cremona jiktiblu li "sur Peter issa tard wisq. Tista' ġġib miljuni ta' filmati għax min għandu l-ħsieb li ma jivvutax lill-Partit Nazzjonalista jew jastjeni mill-vot mhux ħa jisma'. Dan kollu tort tal-Partit Nazzjonalista għax ma beżgħax għan-nies. B'kull rispett taf x'qed ngħid għax bniedem b'fehma Laburista gawda kemm felaħ u n-Nazzjonalist beka. Issa jekk għandi żball ikkoreġini.”

    Peter Darmanin iwieġeb lura u jgħid li "nibqa' pożittiv. Mill-esperjenza tiegħi personali tgħallimt li ħadd ma jgħidlek l-istorja kollha. Jekk jirbaħ il-Partit Laburista jien m'għandi xejn fuq il-kuxjenza. Min ma jivvutax jew iħassar il-vot ma jkun qed isolvi xejn".

    Messaġġ ieħor lil Peter Darmanin kien jgħid li "l-poplu jiġi jaqa' u jqum mill-investiment, mill-proġetti, mill-ġonna li jinfetħu, mil-iskejjel u mit-toroq. Meta t-tolqtu personali t-tarka tkun il-vot biss u hekk se jiġri.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    11