Għada l-aħħar jum biex tiġbor il-vot

  • Mar 06, 2013 09:58
  • Miktub minn

    Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li l-Ħamis, is-7 ta’ Marzu, 2013, huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, l-Belt, Valletta u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat Għawdex, għal votanti reġistrati f’Għawdex.

    Il-ħinijiet nhar il-Ħamis ser ikunu mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sa nofsillejl. Kull persuna li trid tiġbor id-dokument għandha tiġi personalment l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali biex tieħu d-dokument mingħand il-Kummissjonarji Elettorali. Dawn il-votanti għandhom iġibu magħhom il-Karta tal-Identita’. L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop.

    Iżda, għall-votanti tal-Unjoni Ewropea, li mhumiex Maltin, għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, id-Dokument tar-Residenza jkun aċċettat.

    Il-Kummissjoni Elettorali qed toffri lil dawk il-morda li ma jkunux jistgħu joħorgu mill-karozza privata li twassalhom sal-bieb tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, faċilitajiet apposta biex ikunu jistgħu jingħatalhom id-dokument mill-Kummissjonarju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    mill-istampa li hemm, labour ivvota min melieh dak il-vot

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Hehe vera hekk jidher. Jalla jkollna hafna bhalu nhar is-sibt halli niehdu ir-ruh. VIVA LABOUR!!!!!!!!!!!

    Irrispondi
  •  

Facebook