Aġġornat: “Gonzi m’għandux pjan għal qasam tal-enerġija” – Muscat

  • Mar 05, 2013 19:08
  • Miktub minn

    Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat iddikjara llejla li l-aħħar żviluppi dwar il-finanzjament tal-pipeline tal-gass jikkonfermaw li Lawrence Gonzi m’għandu l-ebda pjan dwar il-qasam tal-enerġija. “L-uniku pjan ta’ GonziPN huwa li jbeżża’ lin-nies bil-proposti tal-Moviment,” qal Muscat waqt li kien qiegħed jieħu sehem fil-programm TX f’Birżebbuġa.

    Joseph Muscat qal li l-kampanja ta’ GonziPN fl-aħħar ġimgħat kienet biss immirata biex tikkritika lill-Partit Laburista. “Il-proposta li ressaq il-Partit Laburista mill-ewwel sigħat ta’ din il-kampanja, hija l-iktar proposta riċerkata, u mirquma li qatt ġiet ippreżentata minn partit għall-iskrutinju taċ-ċittadini f’kampanja elettorali,” qal Muscat li reġa’ wissa li jekk Gonzi jerġa’ jingħata l-fiduċja, il-ħaddiema tal-Enemalta se jgħaddu mill-istess martirju li għaddew il-ħaddiema tat-tarzna.

    “Min-naħa l-oħra il-pjan tal-Partit Laburista jaħseb mhux biss biex iraħħas il-kontijiet, iżda wkoll jassigura futur lill-ħaddiema tal-Enemalta u jpoġġi lill-Enemalta fuq saqajha,” qal Muscat li żied kif bdejna din il-kampanja minn sitwazzjoni fejn il-Gvern kien jgħid li l-kontijiet ma jistgħux jorħsu u ma jista’ jsir xejn, u spiċċajna bir-realizzazzjoni li jista’ jsir xi ħaġa jekk ikun hemm pjan costed, maħsub u bil-għaqal.

    Joseph Muscat żied jgħid li l-proposta tal-Partit Laburista tinkludi teknoloġija li diġa’ ġiet użata b’suċċess f’pajjiżi oħra, mhux bħat-teknoloġija użata fil-powerstation tal-BWSC. “Għalhekk ninsabu fiduċjużi mija fil-mija li dan il-proġett se jirnexxi,” qal Muscat.

    Wara Birżebbuġa Muscat kellu atttività oħra f'Bormla. Hawnhekk Muscat qal li l-PL ma jridx li n-nies jiġu iġġudikati skont il-kulur tal-partit jew lil min jafu imma x’jafu. Huwa semma d-drittijiet ċivili fejn qal li għalih żewġ persuni li jinħabbu huma familja, għandhom jingħataw id-drittijiet tagħhom irrispettivament mis-sess u għalhekk għandhom jingħataw ukoll id-dritt ta’ unjoni ċivili.

    Il-kelliem żied li l-minoranzi għandhom ikollhom id-drittijiet tagħhom u l-Istat m’għandux jindaħal fuq kif żewġ persuni jgħixu ħajjithom. Huwa staqsa b’liema dritt persuni gay u transgender jiġu mkassbrin u qal li għalkemm ikun hawn min jista’ jistaqsi jekk dan id-diskors itellifx il-voti, huwa konvint li qegħdin fuq in-naħa tas-sewwa.

    Waqt li iddeskriva lill-Kottonera bħala ż-żona li twieled il-PL, huwa qal li f’għajnejn il-Bormliżi jara kburija anke jekk ħaddieħor iħares b’ċertu mod lejhom. Huwa insista li l-PL irid li l-livell tal-edukazzjoni f’dawn l-inħawi togħla u se jaħdem biex it-tfal jieħdu l-aħjar tagħlim u jibqgħu jistudjaw għall-ġid tagħhom ħalli bħalma ħarġu nies kbar minn dawn l-inħawi jeġgħu joħorġu nies kbar oħrajn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Come on Joseph, Malta u Ghawdex warajk.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    La għandu pjan għal qasam tal-enerġija U LANQAS ENERGIJA u HEGGA ma ghandhu!

    Irrispondi
  •  

Facebook