Jammetti, jfarfar u jwiegħed

  • Mar 05, 2013 18:58
  • Miktub minn

    Mistoqsi għal aktar minn darba dwar sitwazzjonijiet fejn Gvern Nazzjonalista għamel żbalji jew inkella naqas li jkun qrib tan-nies, il-viċi-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil ammetta li l-Partit Nazzjonalista żbalja diversi drabi meta ma semax lin-nies.

    Li kieku kellna niddeskrievu l-konferenza tal-aħbarijiet tal-lejla fi ftit kliem nistgħu ngħidu li ammetta, farfar u wiegħed. Ammetta l-iżbalji, farfar ir-responsabbiltà u wiegħed li bih fil-gvern l-affarijiet ikunu differenti.

    Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Awtorità tax-Xandir kien mistenni jattendi l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Lawrence Gonzi, iżda li minflok attenda l-viċi-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil.

    Matul il-konferenza, sarulu aktar minn mistoqsija waħda dwar il-fatt li diversi nies sfaw diżappuntatti mill-Partit Nazzjonalista għax ma qdihomx biżżejjed, fosthom il-korpi kostitwiti. Busuttil qal li din mhijiex kwistjoni ta’ qadi u qal li kien għalhekk li l-Partit Nazzjonalista tah il-kariga bħala delegat speċjali biex ifassal laqgħat lill-Kap Nazzjonalista man-nies. Sostna li hu ma kellux riżorsi biex ikun jista’ jaħdem bħala ‘customer care’ tal-ministeri u għalhekk għalih kienet biċċa xogħol diffiċli.

    Irrikonoxxa li Gvern Nazzjonalista naqas milli jkun viċin tan-nies hekk kif qal li kien aktar moħħu li jiggverna. Sostna wkoll li dan id-difett ilu jidher fil-Partit Nazzjonalista għal aktar minn ħames snin.

    Mistoqsi minħabba l-fatt li fl-2008 il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed fil-programm elettorali tiegħu, programm li l-istess Busuttil għen biex ikun imfassal, li se jkun qrib tal-poplu iżda fil-verità ma’ seħħitx, Busuttil qal li dak iż-żmien ma kienx parti mill-Gvern minkejja li ħa sehem fit-tfassil tal-programm elettorali. Għaldaqstant, qal li din id-darba qed jagħmel din il-wegħda bħala parti mill-Gvern.

    Ma naqasx ukoll li ssirlu domanda dwar kemm miż-żieda fl-onorarja u fis-salarji tal-Ministri ngħatat lura. Il-viċi-Kap Nazzjonalista qal li hu minn dejjem kien jgħid li bil-mod kif ingħatat din iż-żieda kien żbaljat iżda xorta baqa’ jsostni li hu ma jafx għal kemm tammonta din iċ-ċifra.

    F’domandi oħrajn kien mistoqsi dwar il-proposta tal-enerġija fejn kien mitlub jgħid jekk jagħtix garanzija li t-tariffi ta’ matul il-ġurnata humiex se jogħlew. Busuttil qal li bil-proposta tal-Partit Nazzjonalista permezz tal-interconnector mistenni jorħsu t-tariffi ta’ matul il-lejl bejn 7 u 26 fil-mija iżda xorta naqas milli jagħti garanzija li t-tariffi ta’ matul il-ġurnata ma jerġgħux jogħlew. Minflok qal biss li matul is-sena li għaddiet u anke fil-Baġit li m’għaddiex il-Gvern tefa’ €25 miljun biex it-tariffi ma jogħlewx.

    Simon Busuttil kien mistoqsi jwieġeb ukoll dwar id-drittijiet tal-ħaddiema hekk kif ġurnalist mill-Malta Today irreferieh għal rapporti li saru mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza fejn din ikkritikat lill-Gvern minħabba l-fatt li aktar minn 50% tax-xogħlijiet prekarji huma f’dipartiment tal-Gvern jew inkella f’entitajiet governattivi.

    Anke f’dan il-każ, Busuttil reġa’ ammetta li saru dawn l-iżbalji iżda sostna li dan sar għax il-Gvern kellu pressjoni biex jagħti l-kuntratti bl-irħas flus possibbli peress li kellu f’idejh it-taxxi tal-poplu. Busuttil qal li kieku l-Gvern m’għamilx hekk, kieku l-midja kienet toħroġ tikkritikah. Għaldaqstant, il-viċi-Kap Nazzjonalista qal li l-Gvern ried jara bl-aktar mod għaqli kif se jonfoq il-flus tat-taxxi tal-poplu. Qal ukoll li l-Partit Nazzjonalista kien konxju wkoll li b’dan il-mod inħolqot anke pressjoni fuq il-kuntratturi li riedu jħaddmu lill-impjegati tagħhom u fl-istess ħin jagħmlu profitt. Sostna li sfortunatament ngħixu f’sitwazzjoni fejn kulħadd jipprova jsib ‘loop hole’ fil-liġi. Minkejja dan, sostna li l-Partit Nazzjonalista ħa passi għalkemm qal li dan għadu mhux biżżejjed.

    Intant, Simon Busuttil kien mitlub jgħid ukoll jekk iħossx li xi ħadd kellu jerfa’ responsabbiltà għal diversi fallimenti ta’ proġetti, fosthom il-fondi tal-Unjoni Ewropea li twaqqfu fil-qasam tal-edukazzjoni, il-proġetti tal-White Rocks u Smart City, ir-riforma tat-trasport pubbliku u fuq diversi allegazzjonijiet li saru fil-konfront tal-Ministru Tonio Fenech.

    Dwar il-proġett tal-White Rocks, Simon Busuttil qal li din it-trattattiva ma ngħalqitx għax il-Gvern ma deherlux li kienet tajba biżżejjed. Qal ukoll li fir-rigward tar-riforma fit-trasport pubbliku llum għandna karozzi li jniġġsu inqas. Minkejja dan, irrikonoxxa li għad għandna servizz tat-trasport li mhux effiċjenti daqskemm kien mistenni u qal li dan kien minħabba li nbidlu r-rotot.

    Dwar il-fatt li l-Partit Nazzjonalista naqas milli jwieġeb għal kwestjonarju li ntbagħat mill-Malta Gay Rights Movement, Busuttil ma kienx jaf iwieġeb hekk kif ma kienx involut f’dan il-qasam. Minkejja dan, qal li l-Partit Nazzjonalista għandu diversi proposti favur il-persuni LGBT, għalkemm tenna li ż-żwieġ għandu jkun bejn raġel u mara.

    Ritratti: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 10

  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    lili ghidt rigward l arriva.il bierah gejt min ghawdex u domt nistenna l karozza tal larriva 45 minu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Donnu li Babyface Simon qed johlom li jekk allahares qatt il PN ikun fill gvern u hu jkun il vici prim minestru se jkun il persuna li jirrepeti li storja ta elfejn sena ilu.. Li jaghmel il mirak

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    BLA ! BLA ! BLA ! More of the same.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Il-konvinzjoni tieghi li Simon Busuttil huwa flop u li l-ghazla tieghu bhala Vici Kap tal-Partit tkompli dejjem tikber. Karta li fallit.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Mhux ghalhekk fil-Mass

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Jidher car li Simon diehel gas down gol hajt

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    @ Michael Parnis - Nahseb li ilu li dahal gol-hajt Simon Busuttil.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Xmun ic-cirinew L-GHASFUR TAL BEJT isma minni u hu dan il parir u itlaq lura lejn Brussel u ghoqod bhal ma ghidt inti stess IGDEB HEMM.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Fadallek jumejn Simon Busuttil. Tahlix hin tparla fil-vojt. Mur oqghod f'Kastilja halli tgawdija tal-ahhar.

    Irrispondi
  •  

Facebook