Aħna baħrin tal-maltemp - Gonzi

  • Mar 05, 2013 18:43
  • Miktub minn

    Mijiet ta' Nazzjonalisti wieġbu għas-sejħa tal-Partit Nazzjonalista u fir-Rabat, Għawdex, inġabru għall-aħħar attività tal-Partit Nazzjonalista f'Għawdex. Il-mass meeting mistenni qiegħed ikun indirizzat minn Simon Busuttil li qal li kull proġett f'Għawdex sar mill-Partit Nazzjonalista u għalhekk mhux ta' b'xejn l-Għawdxin huma wara l-Partit Nazzjonalista. "Qiegħed nitlob mill-ġdid il-fiduċja tagħkom għall-Partit Nazzjonalista biex nerġa' nservikom," qal Busuttil li tkellem dwar kif l-impenn tiegħu huwa wieħed "personali." Il-folla f'Għawdex hija waħda mimlija entużjażmu b'għajjat bħal "Nazzjonalisti, Nazzjonalisti" u "Eddie, Eddie." Busuttil semma l-problemi li kellmuh dwarhom l-Għawdxin u qal li jrid li l-gvern Nazzjonalista jkun viċin tal-poplu Għawdxi. Qal li ma jistax isolvi kollox qabel nhar is-Sibt, imma żied li hu se jkun hemm wara d-9 ta' Marzu.

    Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, qal li qegħdin f'mument importanti ħafna fejn kulħadd irid jagħmel l-aħħar sforz. “Irrid infakkar lill-Għawdxin kollha li din il-gżira kienet fil-qalb tal-Partit Nazzjonalista. Għall-Partit Laburista l-gżira Għawdxija hija sekondarja” kompla jgħid Lawrence gonzi.

    Qal li fid-9 ta' Marzu se jkun hawn persuni li għax ma għalqux 18-il sena, mhux se jivvotaw u għalhekk iridu jivvutaw dawk akbar minnhom.

    “Taqtawx qalbkom, għamlu kuraġġ, let's go for it, għax fadal biss erbat ijiem. Taqtaw qalbkom qatt, għax fil-ħames snin li għaddew urejna li aħna baħrin tal-maltemp” kompla jgħid Lawrence Gonzi, filwaqt li tenna li l-PN la jibża' mill-grigal, la mill-ilbiċ u lanqas mill-majjistral. “Aħna mhux se jbeżżana l-ebda riħ” kompla jgħid Lawrence Gonzi.

    Qal li l-PN ma jmurx Għawdex idu f'idu, iżda bi proġetti biex din il-gżira tkompli miexja 'l quddiem. Qal li f'dawn l-aħħar ħames snin biss sar ir-restawr li qed jsir fiċ-Ċittadella, il-venda l-ġdida tal-karozzi tal-linja, il-proġett tal-villa rundle, u l-proġetti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Qal li l-Gvern ta stipendju lill-Għawdxin u skola ġdida fir-Rabat.

    “Lil ħaddieħor ħallih jitkellem fix-xejn, imma aħna ngħidukom x'se nagħmlu f'Għawdex. Aħna se nkomplu naħdmu biex din il-gżira tibqa miexja 'l quddiem. Fikom jien nara l-futur ta' Għawdex,” qal Gonzi.

    Ritratti: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 13

  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Gonzi qal hekk, u nikkwotah, "Lil ħaddieħor ħallih jitkellem fix-xejn, imma aħna ngħidukom x'se nagħmlu f'Għawdex. Aħna se nkomplu naħdmu biex din il-gżira tibqa miexja 'l qudd

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Bahrin tal-gideb, tal-weghdiet u tal-hbieb tal-hbieb. Emanuel Farrugia - TARXIE

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    tafu xamel gonzi al awcin alaq il faktris kolla nehha il kennisa kolla mmu tal halib il farm xol tal gvern hadu malta u em iktar awcin oqodu attenti la tkunux ingannati tafu kem kien em gideb

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Wasalna l-ahhar

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    L-ahhar darba li qal li qed jara l-maltemp ha 500 euro zieda hu u shabu u lilna hallina naqdfu ghal rasna.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    haga wahda awcin oqodu atteti araw huma hadu 500 euro fil gimma u ahna 1euro 16 cents

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    u kellu ragun ustin jejd li hawn cwiec u haw cwiec jew inkella ma jomodux sewwa il kliem tal diskors tal PN ax jien kont PN imma xhin smajt certu diskors dort daqsek pn ghawcin oqdu atteti tkunux ingannati

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    BAHRIN TAL MALTEMP QAL GONZI MELA BILL VAPUR MAR DIN ID DARBA MUX BILL HERIKOPTER halina gonzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    VIVA ZAREN VASSALLO!!! VIVA l-CO0MMISSIONS!! iRSISTI GONZ GHX MIN JAF X'SE JSI9B IL-PL FIL-GVERN!! Veru li s-shreaders kienu bl-overtime u kif smajt lanqas sabu jixtri aktar, imma z-zejt jitla f'wicc l-ilma u d-dnub ma jorqodtx.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Skont Gonzi, jekk jerga jkun fil-Gvern GonziPN, se jitratta lic-cittadin b'aktar dinjita u rispett. Mela qed jammetti li GonziPN f'dawn l-ahhar snin itratta lic-cittadin b'mod xejn dinjituz u b'nuqqasx kbir ta risp

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Il-kuragg

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Ha 500 ewro zieda fil-gimgha minn wara dahar kulhadd fil-maltemp, ahseb u ara kemm se jiehu fil-bnazzi!!!! VOT GDID GHAL pl.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Pinocchio Gonzinu qal...Aħna baħrin tal-maltemp -Ticajta qied Pinocchio, tant inti bahri tajjeb li l-vapur inkaljajtu u nhar is sibt ser jinzel taht l-ilma....ipompja Gonz forsi nsalvaw!!!!!!

    Irrispondi
  •  

Facebook