Jannar u Frar tajbin fil-qasam turistiku

  • Mar 05, 2013 14:15
  • Miktub minn

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet illum fid-Dar Ċentrali Nazzjonalista, il-Minsitru tat-Turiżmu Mario Demarco qal li fis-settur tat-turiżmu hemm suċċess wara ieħor.

    Demarco qal li Jannar ta' din is-sena kien l-aqwa Jannar li qatt kien irraportat fil-qasam tat-turiżmu u li dan is-suċċess jidher li se jkun rifless ukoll fix-xahar ta' Frar dan skont riżultati li ppubblika l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Huwa qal li dan huwa suċċess hekk kif dawn ix-xhur huma meqjusa bħala ġeneralment kwieti.

    Huwa qal li biex tinvesti fir-rotot trid tinvesti wkoll fir-reklamar u semma' wkoll l-investiment fis-settur turistiku privat. Demarco qal li hemm mitt proġett turistiku fil-qasam privat li dawn mistennija joħolqu 550 impjieg ġdid.

    Huwa qal fil-leġislatura li jmiss gvern nazzjonalista se jibqa' jinvesti fil-qasam tal-lukandi u restoranti, u se jkun hemm aktar miżuri biex jinġibu aktar konferenzi kbar f'pajjiżna. “Dan huwa settur li jġiblek in-nies fl-off peak months, dan barra l-fatt li huwa stmat li d-delegati jonfqu aktar minn tliet darbiet li jonfqu t-turisti,” kompla Demarco.

    Huwa qal li f'Malta qed jidħlu wkoll numru ta' turisti mill-cruise liners. Demarco qal li dawn ġeneralmnet ma jkunux mal-lista tat-turisti minħabba li ma jkunux qattgħu lejl Malta imma li jidher li jonfqu medja ta' €60 r-ras.

    Huwa semma wkoll l-importanza ta' boutique hotels u li gvern ġdid se jinvesti f'dan is-settur billi jgħin lin-nies li għandhom xi propjetà ta' xi 15-il kamra biex jiġu kkonvertiti f'boutique hotels, li se jissejħu palazzini. Huwa semma wkoll in-night tarrif li se tkun ta' inċentiv tajjeb ħafna għal-lukandiera.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Ara veru ma jafux x qedin jghidu ta , jien fejn nahdem jien krizi kbira hemm fit turizmu u go hotel nahdem jien

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Mela mhux bhal ma qal is-Sur Zahra tal lukandi ghax qal li mindu gholew id-dwal u l-ilma KOLLHA kemm huma marru min taht. Kif tridni nemmnek Sur Demarco??????

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    fejn qadu dawn it turisti ic cimiterju halina ja qatta kedibin jien resturantir kissirtuna ghidibin

    Irrispondi