Tax-xorti jaraw il-blu

  • Mar 05, 2013 11:43
  • Miktub minn
"

    Xi qarrejja minn tagħna waqgħu għat-tentazzjoni li jmorru għand tax-xorti biex jaraw min se jirbaħ l-elezzjoni. Kien hemm min ċempel lilna biex jgħidilna x’qalulu u semmewlna tliet ismijiet magħrufa, fosthom wieħed li daqqa jgħid li m’għadx għandu d-don li jaqra l-futur u ftit wara jagħmel il-flus minn fuq min għandu x’jaħli u jmur għandu. Iffaċċjati minn dawk it-telefonati, anke aħna għamilna ftit stħarriġ fost dawn li jsejħu lilhom infushom bħala ‘fortune tellers.’

    Insomma, mhux dak il-punt. Nassumu li qegħdin tistaqsu: X’qalulhom? Jidher li tax-xorti mhux qegħdin jaqblu mal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika għax inzerta li minn tkellem magħna qalulu li “qegħdin jaraw ħafna blu.”

    M’għandniex xi ngħidu li xi laburisti inkwetaw. Iżda, oħrajn tgerfxu, għax insew jistaqsuhom jekk kienx il-blu tan-nazzjonalisti jew l-ingravata ta’ Joseph Muscat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    51