Eluf ta' voti “fis-suq”

  • Mar 05, 2013 11:32
  • Miktub minn
"

    Ħarsa lejn il-lista tal-kandidati għal din l-elezzjoni tara li ż-żewġ partiti l-kbar qed jippreżentaw numru ta' kandidati ġodda, filwaqt li politiċi ta’ esperjenza se jkunu qegħdin iħallu x-xena. Dan ifisser li hemm eluf kbar ta’ voti x’jinħatfu b’diversi kandidati għamlu l-isforzi kollha tagħhom biex tul l-aħħar ħames snin isaħħu l-preżenza tagħhom fid-distrett u fost kanvasers ta’ kandidati li jkunu ħallew ix-xena. Hekk kif xi minn daqqiet il-pika jaf tkun iktar kbira fost kandidati tal-istess partit, kandidati ġodda huma fost l-iktar li jistgħu jgawdu min-nuqqas ta’ preżenza tal-irtirar ta’ kandidati oħra. Forsi dan bl-eċċezzjoni ta’ fejn il-kandidat li jkun se jirtira mix-xena jkun mexxej ta’ xi partit.

    Fil-fatt jikkontestawha hemm l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant. Fl-2008 Sant kien ikkontesta fuq żewġ distretti elettorali fl-ewwel distrett fejn fl-ewwel att ġab 9,404 vot u t-tmin distrett fejn ġab 7,110 vot.

    Mill-ewwel distrett se jkun hemm nieqes ukoll Austin Gatt. F'dan id-distrett Gatt kiseb 3,232 vot.

    F'isem il-Partit Laburista fuq ir-raba' distrett se jkun hemm nieqes it-tabib Karl Chircop li kien miet ftit wara li kien elett fl-aħħar leġislatura. Fl-2008 Chircop kien kiseb 4,379 vot fl-ewwel għadd. Fuq dan id-distrett ukoll min-naħa tal-Partit Nazzjonalista se jkun hemm nieqes Jesmond Mugliett li ħames snin ilu minn dan id-distrett kien kiseb 2,484 vot fl-ewwel għadd.

    Il-ħames distrett huwa distrett li min-naħa tal-Partit Nazzjonalista se jkollu tibdil radikali. Hemm tliet kandidati magħrufa f'dan id-distrett li mhux se jerġgħu jikkontestaw. Tnejn minnhom Louis Galea u Helen D'Amato fl-elezzjoni li għaddiet ma kinux eletti minn dan id-distrett. Fl-elezzjoni li għaddiet Galea kiseb 1,791 vot fl-ewwel għadd filwaqt li D'Amato kisbet 1,433 fl-ewwel għadd. Neqsin ukoll minn dan id-distrett se jkun hemm Franco Debono li ħames snin ilu kiseb 2,065 vot u Ninu Zammit li kiseb 2,317 vot ħames snin ilu.

    Fis-sitt distrett in-Nazzjonalisti se jkollhom nieqes lil John Dalli li ħames snin ilu kiseb 3,371 fl-ewwel għadd. Dalli kkontesta wkoll l-għaxar distrett fejn kiseb 1,711 vot. Fis-seba' distrett min-naħa tal-PN se jkun hemm nieqes Jeffrey Pullicino Orlando li fl-aħħar elezzjoni minn dan id-distrett kiseb 2,824 voti fl-ewwel għadd. Il-Partit Nazzjonalista wkoll fuq it-tmin distrett se jkollhom nieqes lil Tonio Borg li ftit xhur ilu laħaq Kummissarju Ewropew. Borg ħames snin ilu kiseb 3,780 voti mill-ewwel għadd.

    Fuq id-disa' distrett se jkun hemm nieqes it-tabib Adrian Vassallo min-naħa tal-Partit Laburista li kiseb 2,182 voti fl-ewwel għadd. Nieqes ukoll f'isem il-PL l-Ewro Parlamentari Joseph Cuschieri li fl-ewwel għadd ġab 849 voti. Vassallo u Cuschieri kkontestaw ukoll l-għaxar disrett fejn fl-ewwel għadd Cuschieri kiseb 971 vot filwaqt li Vassallo kiseb 519. Fuq l-istess distrett min-naħa tal-Partit Nazzjonalista se jkun hemm nieqes Dolores Cristina li fl-ewwel għadd kisbet 415 vot. Fuq dan id-distrett kien ħareġ ukoll Lawrence Gonzi, fejn Cristina wirtet ħafna mill-voti tagħha tant li fit-tieni għadd ġabet 2,027. Cristina kkontestat ukoll l-għaxar distrett fejn kisbet 2,058 voti fl-ewwel għadd.

    Fuq il-11-il distrett min-naħa tal-Partit Laburista se jkun hemm nieqes Anġlu Farrugia li fl-aħħar elezzjoni fl-ewwel għadd kiseb 2,198 vot. Ħames snin ilu Farrugia kien ikkontesta wkoll it-12-il distrett fejn kien kiseb 1,217 vot. Filwaqt li fil-11-il distrett min-naħa tal-PN se jkun hemm nieqsa Tonio Borg li kiseb 2,373 u Jeffrey Pullicino Orlando li kiseb 2,301. Fit-13-il distrett min-naħa tal-Partit Laburista se jkun hemm nieqes Joe Cordina dan hekk kif fl-aħħar jiem talab li titneħħa l-kandidatura tiegħu minħabba allegazjonijiet li għamel fil-konfront tiegħu l-Ministru Tonio Fenech. Fl-aħħar elezzjoni Cordina kien kiseb 1,517 voti fl-ewwel għadd.

    Dan ifisser li hemm kważi 62,500 vot lesti biex jinħatfu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3