Il-Mexxej Laburista b’żewg twissijiet serji

  • Mar 05, 2013 11:17
  • Miktub minn Owen Galea
"
    Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat għamel dalgħodu żewġ twissijiet serji lil minoranza ta’ nies li qal li mingħalihom għandhom xi seta’ jitkellmu u/jew jaġixxu f’isem Gvern Ġdid fuq postijiet tax-xogħol.
    “Inwissi lil dawk li mingħalihom għandhom xi seta’ li jitkellmu f’isem Gvern ġdid u fuq postijiet tax-xoghol qed iparlaw fil-vojt,” qal Muscat waqt li sostna li ħafna minnhom mgħandhom x’jaqsmu xejn mal-Partit Laburista.
    Qal li kemm-il darba jidħlu rapporti fil-konfront tagħhom, se jiġu 'disowned' mill-PL. Saħaq li s-serjetà se tkun qed tinżamm mill-ewwel minuta kemm-il darba l-PL jingħata l-fiduċja u ħeġġeġ biex kull min jaf b’dawn il-każi, jirrapportahom mal-ewwel. Qal li dawn mhuma jagħmlu l-ebda pjaċir lill-PL iżda qed jaghmlu disservizz kbir u ħsara kbira lill-PL f’dawn l-aħħar mumenti tal-kampanja elettorali. Qal li jekk il-PL jrid jgħid xi ħaġa jgħidha hu bħala Mexxej, jew il-persuni inkarigati mill-Partit Laburista u għalhekk kien qed jagħmel din it-twissija ċara b’mod pubbliku.
    Il-Mexxej Laburista sostna wkoll li f’dawn l-aħħar minuti min ikun dahru mal-ħajt jinfexx fil-provokazzjoni biex ikun hemm xi vjolenza.
    Saħaq li l-vjolenza qatt mhi ġustifikabbli u qatt mhi se ssib kenn min-naħa tal-PL. “Se jsib mhux biss kundanna iżda jekk inkunu nafu biha, se nkunu aħna stess li qed nirrapportawha lill-pulizija biex jintervjenu,” qal Muscat.
    Il-Mexxej Laburista qal li jifhem ukoll li jkun hemm min irid ikabbarhom l-affarijiet, iżda saħaq li għalih kull każ huwa gravi u għalhekk it-twissija ċara biex kulħadd iżomm il-menti kalma. Saħaq li l-għajnuna lill-PL ma tingħatax bil-kant u d-daqq tal-ħornijiet, iżda billi nkomplu naħdmu u billi nikkonvinċu aktar nies.
    Il-Mexxej Laburista qal li f’din il-kampanja elettorali l-PL wera x’bidliet kbar saru fi ħdanu fejn dak li qed jinkiseb huwa mertu ta’ bosta min-nies li għarfu li jagħmlu spazju lil nies ġodda. Fisser dan bħala proġett eċċitanti u li kien ta’ privileġġ għalih li qed imexxih ‘il quddiem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    32