Gonzi jkompli jħeġġeġ lill-indeċiżi biex jaħsbuha sew

  • Mar 04, 2013 20:38
  • Miktub minn

    Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Lawrence Gonzi kompla jħeġġeġ lil dawk li għadhom indeċiżi lil min se jivvotaw fl-elezzjoni ġenerali ta’ nhar is-Sibt biex jaħsbuha mitt darba, ħalli mbagħad jaqtgħuha darba.

    Waqt attività politika f’Ta’ Giorni f’San Ġiljan, Gonzi qal li min-naħa tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista fid-9 ta’ Marzu se jgħidu li għamlu kulma setgħu u minn hemm imbagħad iħallu l-mazz f’idejn il-poplu. Sostna wkoll li f’din il-leġiżlatura l-Partit Nazzjonalista ta sal-aħħar qatra lill-pajjiż.

    Il-Kap Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-bidla hekk kif f’intervent mill-eks-Kap Eżekuttiv ta’ Playmobil, Helga Ellul din qalet li kull investiment f’pajjiżna jista’ jsir jekk jintużaw in-nies, li huma riżors importanti f’pajjiżna. Għal dan, il-Kap Nazzjonalista qal li meta tmur fil-fabbriki u tara l-magni ġġib għajnejk wara widnejk. Semma wkoll is-supermarkets tal-Scott’s fejn qal li s-sidien kienu jaħdmu fit-tessuti u hekk kif indunaw li d-dinja kienet miexja ’l quddiem għamlu l-bidla li kien hemm bżonn.

    Matul din il-laqgħa għamel ukoll l-intervent tiegħu l-avukat David Grixti li jaħdem fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Sostna li l-investituri barranin ifittxu stabilità fil-pajjiż u banek sodi, qgħad baxx u nies imħarrġin ta’ ċertu livell. Qal ukoll li dawn jistaqsu għaliex Malta għandha ekonomija daqstant tajba u l-istħarriġ qed juri li l-poplu jrid il-bidla.

    Min-naħa l-oħra, tkellem ukoll Mario Spiteri li hu ‘accountant’ fil-qasam tal-proprjetà, tat-turiżmu u s-servizzi finanzjarji. Sostna li ra diversi affarijiet pożittivi min-naħa tal-Partit Laburista u qal li kien hemm anke okkażjonijiet fejn tħajjar jivvota lill-Partit Laburista. Min-naħa l-oħra, semma kwistjonijiet bħal tad-divorzju, l-arroganza ta’ ċerti nies fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u anke dwar kif żvolġiet il-kwistjoni interna ma’ Franco Debono fejn ma qabilx mal-Partit Nazzjonalista.

    Dwar il-proposti tal-Partit Laburista fir-rigward tal-enerġija, Spiteri kkonferma li jeżisti ftehim ta’ għaxar snin għax-xiri taż-żejt, liema ħaġa l-Partit Nazzjonalista kien qed jiċħad diversi drabi. Minkejja dan, qal li mhux possibbli li dan isir bi prezz fiss.

    Il-Kap Nazzjonalista temm din il-laqgħa politika billi qal li minkejja d-diffikultajiet li ffaċċja l-Partit Nazzjonalista, fosthom anke dawk interni, in-nies rebħu. Qal ukoll li l-Partit Nazzjonalista ma ggwadanja xejn, anzi tilef mill-popolarità tiegħu biex in-nies setgħu jirbħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 10

  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    PINOCCHIO

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    PINOCCHIO qal li minkejja d-diffikultajiet li ffaċċja l-Partit Nazzjonalista, fosthom anke dawk interni, in-nies rebħu Veru rebhu dawk il qabda sangisug

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Sur Gonzi meta sa titaghlem li ftit iehor baqalek u shabek stess diga lesti biex iq

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Isa trit u ma tritx Dr. Gonzi fidejn il poplu trit thalli! Isa mandekx cans isod widnejk tadas rasek u tmur kontra ir rieda t

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Sur gonzi taf x'rebhu in-nies? Kontijiet esa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Sur Prim Ministru, jien wiehed minn dawk li kont indeciz. Illum jien deciz, kif fl-ahhar mill-ahhar enfasizzajt int. Iddecidejt li nivvota PL.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Fl-ahhar elezzjoni, il-familja tieghi vvutat ghal PN. Din id-darba ddecidejna li nivvutaw PL. IDDECIDEJNA.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Iva iva mela tarax, u zgur li hsibtha sewwa, igri jasal dak il mument li nivota lil Partit li ha jgib il bidla f' Malta....ovvjamnet mhux lilek Gonz.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    VERU MA JISTHUS TAL PN JIN INQABILOM MA VAPUR LI QIJAD JEREQ U MA JRIDUX JAMETU IMMA NHAR IS SIBT JEK ALLA JRID TIGI IL MEWGA IL KBIRA LI TATIJOM DARBA GHAL DEJJEM.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Mhux hekk prim igieb ghajnejk wara widnejk bil magni u bil kontijiet tiblih

    Irrispondi