Qbil bejn il-PL u l-FKNK

  • Mar 04, 2013 17:52
  • Miktub minn

    Fi stqarrija konġunta l-Partit Laburista u l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti qalu li qablu fuq numru ta' punti li jekk il-PL jingħata mandat biex jiggverna jaħdmu b'konsultazzjoni biex jitwettqu.

    Fost il-punti li l-PL u l-FKNK qablu fuqhom hemm li l-kumitat Ornis jingħata importanza li tixraqlu fid-deċiżjonijiet li jittieħdu u jitfassal pjan biex ikunu użati r-riżorsi tal-kaċċatturi u nassaba biex tissaħħaħ il-biodiversità fl-ambjent Malti.

    Iż-żewġ naħat qablu wkoll li l-pakkett ta' negozjati dwar kaċċa u nsib mal-Unjoni Ewropea mhux rinegozjabbli u ma jistax jerġa' jinfetaħ. Huma qablu wkoll li għandhom jittieħdu regoli aktar serji dwar infurzar ta' liġijiet u li bl-ebda mod ma jkunu tollerati illegalitajiet.

    Fl-istqarrija ntqal ukoll li se tkun applikata deroga biex il-kaċċaturi u nassaba jingħataw soluzzjoni sodisfaċenti dovuta lilhom skont il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, dwar il-kaċċa tal-gammiem u summien fir-Rebbiegħa. Filwaqt li ftehmu wkoll li ma jkunx hemm ħlas addizjonali għal-liċenzji speċjali li jistgħu jinħarġu taħt xi deroga.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8

  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    L-aqwa arma hija l-Ftehim. Prosit PL u FKNK!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    kacaturi u nasaba din id darba nivottaw labour

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Jiena la jien Kaċċaturi u lanqas Nassaba izda nemmen li kullhadd ghadu dritt li jippratika id delizzju tieghu fil parametri legali. Gha

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    CIKKU SRY TA DAWK LI IVUTAW IL DUN LI QATANA KOLLOX IRIDU JIVUTAW LABER GHAX KIF GHAT INT ISSU IL KACCATURI U NASSABA KOLLA IVUTAW PN ..............

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Din id darba kemm l kaccatur u kemm nassab jrid jinsa x kien

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Ninsab ferm dizappuntat b'din id decizjoni, mahluqa solament biex tirbah il-voti. Decizjoni viljakka u ta min jiddeplora. L-ghasafar TAGHNA LKOLL, mhux ta ftit kaccaturi...

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Najt proset tal ftejim li tlahaq ax kullhadt andu kollu delizju il pn u koll kellom delizju tal 500 fil gimgha zida hbib amlu kif qal muscat min minkom adu ma dicidix jidicidi favur il PL ax u biss jista jisodisfak.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Din il-gimgha gew organizzati zewg festi kbar mill-hbieb tal-Profs Franco Mercieca kandidat fuq il-Mellieha u fuq Ghawdex. L-ewwel wahda saret fis-City Pearl fir-Rab

    Irrispondi