Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

  • Set 14, 2017 08:21
  • Miktub minn iNews

    Sewwieq tal-mutur sofra ġrieħi gravi wara li aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-6.10 a.m kien involut f'inċident stradali fil-Mosta.

    Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni, kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha YP250 u karozza tal-għamla Renault Kadjar. 

    Is-sewwieq tal-mutur, żagħżugħ ta’ 27 sena residenti Ħal Lija, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jiġi ikkurat għal ġrieħi li sofra. Filwaqt li x-xufier tal-vettura l-oħra, li għandu 54 sena u joqgħod il-Mosta, ma sofra l-ebda ġrieħi. 

    Iktar tard ir-raġel ta’ 27 sena ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

    L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0