FILMAT: “Pajjiżna reġa' ġie għan-normalità” … Messaġġ mill-Prim Ministru Joseph Muscat fl-ewwel 100 jum tal-leġiżlatura

  • Set 13, 2017 21:02
  • Miktub minn iNews

     

    “F’dawn l-ewwel mitt pass minn mindu erġajtu tajtuni l-privileġġ li nservikom bħala Prim Ministru, pajjiżna kompla għaddej bl-istess ritmu mgħaġġel li wassal għal tant riżultati, anzi żidna aktar. Stajna nżidu aktar għax għandna bażi soda, għandna pajjiż b’saħħtu li jinsab mal-ewwel kategorija, pajjiż li qed jieħu ħsieb lil uliedu u li qed ilesti għall-futur, għal min ġej warajna.” Hekk saħaq il-Prim Ministru Joseph Muscat f'messaġġ lill-pajjiż biex ifakkar l-ewwel 100 jum ta' din il-leġiżlatura. 

    Il-Prim Ministru żied jgħid li “Mitt jum ilu pajjiżna kien ġej minn l-aktar kampanja diviżiva li wieħed seta’ qatt jimmaġina. Mingħajr ma wieħed joqgħod iħares lura lejn naħa jew oħra, il-poplu kien jaf li l-unika ħaġa ċerta kienet li rridu nkomplu mexjin ’il quddiem, li l-pajjiż għandu bżonn li jkompli fit-triq li kien qabad fil-leġiżlatura li għaddiet. Li ma nistgħux nibqgħu ninħlew niddiskutu lbieraħ meta għandna għada quddiemna. Kien għalhekk li minflok għamilna l-barrieri bejnietna ftaħna l-bibien. Minflok intlifina f’ħafna retorika, middejna għonqna mill-ewwel għax-xogħol.”

    Saħaq li l-poplu qed jistenna mill-Gvern, u kien dak li l-Gvern eventwalment għamel. “Għamilna dan billi komplejna fejn ħallejna fil-ġimgħat u x-xhur ta’ qabel. Ħidma li ma kinitx kollha perfetta, iżda ħalliet ir-riżultati.”

    Saħaq li l-pajjiż iss reġa' ġie għan-normal bin-nies ikomplu għaddejjin bil-ħajja tagħhom għax kienu trankwili u din it-trankwilità ħalliet riżultati aħjar.

    Żied jgħid li r-riżultati ekonomiċi li pajjiżna qed jikseb konna ilna ma naraw bħalhom snin twal, jekk qatt rajna. 

    “Dawn huma s-sisien fundamentali li waslu biex qed ngħixu f’pajjiż li tela’ tarġa u tnejn ‘l fuq, iżda issa, permezz tal-ħidma tagħna lkoll, permezz tal-ħidma tagħna, tal-poplu Malti u Għawdxi wieħed, jista’ jitla’ ‘l fuq saħansitra aktar.”

     Il-Prim Ministru emfasizza li din il-ħidma qed tagħti l-fakultà lill-Gvern jħejji lil pajjiżna għall-futur, element li ddeskriva bħala l-missjoni li għandu l-Gvern immexxi minnu.

    “Dan kollu jista’ jsir biss billi kif bdejna nagħmlu fil-ġranet li għaddew nibdew inkomplu nwettqu l-programm elettorali ambizzjuż iżda realistiku li l-poplu ried b’tant saħħa.”

    Saħaq li l-budget li se jkun preżentat ftit tal-ġimgħat oħra huwa pass importanti ħafna, “pass minn ħafna sabiex inkunu nistgħu ngawdu mill-frott li żrajna matul il-leġiżlatura li għaddiet.” Il-Prim Ministru temm jgħid li l-għaqda se twassal lil pajjiżna għall-aqwa żmien. Dan filwaqt li stieden lill-poplu biex “dak li bdejna bħala poplu nkompluh bħala poplu wieħed għax l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej. Dan huwa l-pajjiż li jixraq lill-uliedna.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook