Diffiċli ssir ġustizzja miegħi - Joe Cordina

  • Mar 04, 2013 13:26
  • Miktub minn Roberta Fenech

    Anke jekk ftit jiem biss wara li rriżenja minħabba l-mod kif kumpanija li hu direttur tagħha kienet implikata fl-iskandlu taż-żejt irriżulta li fil-Qorti li hu ma seta' kien jaf b'xejn, Joe Cordina jgħid li diffiċli ssir ġustizzja miegħu. Dan għaliex l-elezzjoni ssir kull ħames snin u għal dan kien ilu jaħdem għaxar snin.

    Joe Cordina wieħed mid-diretturi tal-kumpanija Intershore Fiduciary Services, insista li kienet implikata mill-Ministru Tonio Fenech fl-iskandlu taż-żejt qal li l-allegazzjonijiet kontrih kienet gidba orkestrata u fabbrikata biex tħammġu.

    Intershore Fiduciary Services kienet ‘nomine’ tal-kumpanija Aikon Ltd il-kumpanija ta' George Farrugia li ngħata proklama presidenzjali b'rabta mal-iskandlu taż-żejt.

    Cordina li kien kandidat f'isem il-Partit Laburista, rtira l-kandidatura tiegħu. Imma biss jumejn wara fil-Qorti l-Assistent Kummissarju Michael Cassar qal li Farrugia qallu li l-kumpanija Intershore Fiduciary Services ma kellhom xejn x'jaqsmu fuq dan il-każ u li l-flus b'rabta ma' commissions kienu qed jidhru taħt il-kumpanija Aikon u mhux Aikon Ltd.

    Barra Joe Cordina, diretturi fil-kumpanija Intershore Fiduciary Services hemm ukoll l-avukat Martin Fenech, li fil-passat kien kandidat tal-Partit Nazzjonalista u l-accountant Charles Scerri. Fuq dan il-każ id-diretturi ta' Intershore Fiduciary Services anke fetħu proċeduri legali kontra l-Ministru Fenech fil-Qrati.

    Madankollu f'kummenti li Cordina ta lill-inewsmalta.com qal li l-ħsara fil-konfront tiegħu laħqet saret. “Elezzjoni ma ssirx kull ftit xhur jew kull sena imma kull ħames snin. Li tkun tant ħdimt fid-distrett u mbagħad tirtira l-kandidatura hija diffiċli ħafna,” qal Cordina.

    Huwa qal ukoll li din is-sitwazzjoni kienet diffiċli wkoll għall-familja tiegħu, “il-familja tbati miegħek. Ħaduha ħażin din l-istorja, speċjalment fil-bidu meta fuq Net Tv u TVM ħlief jirrepetu dawn l-allegazzjonijiet m'għamlux,” kompla Cordina.

    Cordina qal li tilef kull fiduċja fil-Ministru Fenech filwaqt li ddeskrivih bħala accountant giddieb. “Konvint li kien jaf il-verità mill-bidu, anke mill-mod ta' kif beda jħawwad u jigdeb. Il-problema hi li hu każ tekninku u għalhekk iddum biex tfiehem li f'dak li għamilt m'hemm xejn ħażin,” kompla Cordina.

    Huwa qal ukoll li ma jistax jifhem il-liġi ta' Malta “kif jista' persuna jkissrek u jħammġek b'dan il-mod u qisu ma ġara xejn. Ma naħsibx li għandhom isiru dawn l-affarijiet speċjalment minn persuni ta' ċertu rispett,” kompla Cordina. Hu jaħseb li wara dan li ġara qatt ma tista' ssir ġustizzja miegħu.

    Intant waqt li kien qiegħed iżur is-suq tal-Belt aktar kmieni dalgħodu l-ġurnalisti staqsew lill-Prim Ministru min għandu raġun fil-każ tal-Intershore jekk hux il-Ministru Fenech jew George Farrugia. Min-naħa tiegħu Gonzi qal li m'għandux id-dettalji ta' dan il-każ u li għalhekk ma jistax jikkumenta dwaru. Huwa żied jgħid li hekk kif dan il-każ qiegħed il-Qorti jħalli lill-Qorti tiddeċiedi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 29

  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Mhux sewwa li f'każ bħal dan libell jitħalla żmien biex jinstemgħa, għax jingħata kemm ji

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Imisshom jippressaw biex il libell jinstema b urgenza mhux ihalluh jghaddi iz zmien u jilhaq jintesa kollox . Wara kollox dan hu kaz ta kredibilta ta persuna .

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Ma jemmnek ħadd Ġonz! Kemm tiflaħ tivvinta? Lanqas f'din ma toħroġ ta' raġel? Fejnhom il-valuri li tiddandan bihom? Agħti eżempju, mhux dejjem tfarfar, tgħatti u tixxotta!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Joe issa irsisti halli min ta linqas tirbahlu l-libel. Il hsara li ghamillek tant hi kbira li lanqas jekk tnezzu gharwien ma jkun halsek bizzejjed. Ibqa insisti sa kemm fl-ahhar iggelu jirrizenja bhal ma ghamel lilek

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Solidarieta mieghek u mal familia tieghek. Dawn riedu jehlsu minnek ghax jafu kemm hdiemt f'Ghawdex u BEZZAW minnek ghax forsi jafu li kont se tisirqilhom hafna voti. Kuraggag.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Hd

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Nispera li l ghawdex hadu lezzjoni minn dal kas ta sur Cordina u jaghtu risposta qawwija lill PN hekk trid Santa Govanna u l innocenti leihor Chris Said Ghawdex hudu hsieb u warbuhom minn nofs xtmantnu bizzejed issa u ghalu Ghawdex tahgom

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    @ Minister Tonio Fenech Shame on you & shame on all of does who gave you their support on this whole lie.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Kurag Joe, jiena perswas li l ghawdgin mhux ser jinsew min xix ghaddejt int u il familja tieghek, nispera li issir gustizzja min njn hu kompetenti

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    X'MISTHIJA TA NIES .META JRID HU JHOSSHA L KUXJENZA JA RAGEL BRIKKUN .GHAL XI DRITT CIVILI JHOSSHA BISS.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    ghaziz Tonio Fenech wara li ghamiltlu din il-hsara kollha lis-sur Cordina possibli ma rajtiex tibki lill Madonna??? possibli tmidd rasek fuq l-imhadda fl-ghaxija?..... u torqod????

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Shame on you Fenech Tonio (FN), Falliment Totali. B'din il-kalunja li vvintajt fuq is-Sur Joe Cordina minn Ghawdex ikkovincejtni li nhar is-Sibt 9 ta' Marzu 2013 nivvota ghall-ewwel darba lill-Partit Laburista.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Kurag Joe, ghandek ragun li ntkun mi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Nisperaw li l-Ghawdxin issa juru li huma kapaci jghatu risposta lil min prova jirredikola lil wiehed minhom u gideb biex jiehu vantagg politiku.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    L-Ghawdxin huma nies ta' principju. Is-sagrificcju tieghek se jpattuh mod iehor u se jinghaqdu iktar bejniethom kontra dil-klikka ta' hazen! Kuragg Mr Cordina!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Mr.Joe Cordina kuragg habib issa xoghlok hu li tipperswadu kemm lil votant

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Ahna l-Ghawdxin inhossuna li ahna diskriminati minn certi Maltin. Il-kulur li jhaddan Joe Cordina hu rrelevanti ghalina l-Ghawdxin. Joe hu wiehe

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Kont il-haruf tas sagrificcju.L-storia trid tinkiteb u meta tinkiteb din ha tikkundanna lir regim ta gonzi pn, specialment lill Lawrence Gonzi, Simon, Beppe, AG u mhux l-inqas lill giddieb bil -provi Tonio Fenech.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Lil Joe Cordina warrabtuh bil-kalunji u l-malafama....u gimgha ohra l-poplu ha jwarrabkom bil-vot demokratiku u gust tieg

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    SHAME ON YOU TONIO!! GHANDEK WICC TA BNIEDEM FIDIL U CCASSAT IMMA HA NGHIDLEK,TASAL FUQ LI TASAL BIEX TIVVINT

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    ERGAJT QIEGHED NIKTEB BIEX NURI KEMM JIEN IDDISGUSTAT FUQ KEMM HU GIDDIEB BIL PE

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Tghid Joe Cordina kien il-vittma ta' l-ahhar terinata tal -PN ? U jekk gidbu TF u CP x'se jehlu ? Mela hekk sew iggarrab in-nies bil-gideb u int tixxala ? Il-qorti trid tibqa tahdem , tidher li tahdem , titlob il-provi u tikkastiga !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Qatt ma kien daqshekk baxx il-PN - ma kontx qa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Tal misthijja dawn in nies , ma nafx kif jirnexxilhom jorqdu jien , nuri id dispjecir lejk u lejn il familja tieghak tlifna kandidat ta principju habba gidba fahxija ta Tonio isthi tidher quddiem il poplu jekk taf .

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Kuragg Joe,ahna l ghawdxin warajk nafu kemm int bniedem ta principju u jiddispjacina li tlifna kanditat bhalek ax nafu kemm int ragel fuq l irgiel

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Il-kalunja hija wah

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Jiena qatt ma fhimt

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Solidarjeta.

    Irrispondi