Tnedija ta’ Festa Ħut 2017

  • Set 13, 2017 20:00
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri nieda l-avveniment ta’ Festa Ħut 2017 li se jittella’ nhar is-Sibt li ġej mis-6pm sal-11pm f’Marsaxlokk. L-avveniment qed jiġi organizzat mit-Taqsima Festi Rurali fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.

    Clint Camilleri qal li l-villaġġ pittoresk tas-sajjieda se jinbidel f’festa akbar ta’ ħut f’avveniment li sar jagħmel parti mill-kalendarju kulturali Malti u li jattira diversi Maltin u turisti. Attivitajiet bħal Festa Ħut huma parti importanti mill-istrateġija tal-Gvern li jippromwovi l-prodott Malti u l-ħut frisk.

    Is-Segretarju Parlamentari kompla dwar kif ġie sostnut l-impenn ta’ dan il-gvern lejn is-settur u enfasizza li fl-ewwel mitt jum tal-Gvern kien qrib is-sajjieda f’diversi riformi u f’organizzazzjonijiet fosthom il-ftuħ tal-istaġun tal-lampuki f’Marsaxlokk, filwaqt li żamm mal-wegħda elettorali li ma jiddaħħlux kwoti individwali fuq il-qabda tas-sajd tal-pixxispad. Clint Camilleri żied li se jkun qed jara li l-ħidma tas-sajjieda tkompli tiġi ffaċilitata matul din il-leġiżlatura kemm mill-aspett ta’ proċedura kif ukoll mill-aspett infrastrutturali bħalma sar fil-hardstanding facility f’Marsaxlokk. 

    Fil-konferenza tal-aħbarijiet ingħataw ukoll dettalji dwar il-bejgħ ta’ ħut frisk, il-varjetà kontinwa minn artisti popolari Maltin, gabbani b’ikel varjat u spazju kreattiv għat-tfal, filwaqt li r-ristoranti tal-lokal se jkunu miftuħin biex isajru riċetti speċjali bil-ħut fl-okkażjoni ta’ din l-attività annwali.

    Se jkun hemm ukoll stalls tal-artiġjanat u ta’ snajja’ oħra bil-parteċipazzjoni ta’ Maltin u anke ta’ Għawdxin, u l-promenade se tkun magħluqa għall-vetturi waqt Festa Ħut biex il-pubbliku jgawdi aħjar ix-xatt ta’ Marsaxlokk.

    Is-Sindku ta’ Marsaxlokk stieden lil kulħadd biex jattendi din l-attività sabiex għal sena oħra tkun ta’ suċċess. Qal li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk ħa ħsieb li jkun hemm numru adegwat ta’ bejjiegħa biex tintlaħaq id-domanda tal-pubbliku fl-attività filwaqt li rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari għall-għajnuna tiegħu.

    Is-Segretarju Parlamentari Camilleri ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi din l-attività filwaqt li rringrazzja lit-Taqsima Festi Rurali għax-xogħol tagħha, lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk u lil dawk kollha involuti f’din il-ħidma biex dan l-avveniment ikun ta’ suċċess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0