Kritika ħarxa fil-konfront ta' Instagram wara li tneħħi ritratt ta' tifel għax diżabbli

  • Set 13, 2017 18:40
  • Miktub minn iNews

     

    Instagram spiċċa fil-mira ta’ kritika ħarxa, u bir-raġun, wara li ritratt ta’ tifel diżabbli tneħħa minn fuq is-sit soċjali tagħhom minħabba li għandu wiċċu diformat. Kienet ommu li ndunat li r-ritratt ta’ binha tneħħa, u fetħet ilment mal-kumpanija għall-mod deplerevoli li ttrattaw lil binha.

    Harry Baswick, ta’ 12-il sena, twieled bis-sindromu Goldenhar, li kaġun tagħha bosta mill-fattizzi fuq in-naħa tax-xellug ta’ wiċċi huma neqsin, fosthom għajnu u widintu x-xellugija, u l-parti tax-xellug ta’ mnieħru.

    Ommu, Charliet, għamlet profil fuq dan is-sit soċjali biex tkun tista’ taqsam diversi mumenti mill-ħajja ta’ binha, bil-paġna tissemma “Our Altered Life”.

    Madankollu meta nhar il-Ħadd li għadda hija ppubblikat ritratt ta’ binha, li fil-mument meta nġibed ir-ritratt ma kienx liebes l-għajn prostetika, dan ir-ritratt tneħħa mill-kumpanija jumejn wara. Hija għażlet ukoll li tippubblika kumment fuq il-profil tagħha ta’ Twitter, b’mijiet ta’ nies juru l-appoġġ tagħhom lill-mara.

    Dan il-pass wassal biex bosta nies ikkuntattjaw lil Instagram biex juru l-għadab tagħhom, bil-kumpanija tiddeċiedi li terġa’ tippubblika r-ritratt nhar it-Tliet ali għadda.

    Madankollu l-kumpanija naqset li tagħmel apoloġija ma’ omm Charlie, li min-naħa tagħha saħqet li dan ma kienx l-ewwel ritratt ta’ binha li tneħħa fuq deċiżjoni tal-kumpanija.

    ŻUR IL-PAĠNA “OUR ALTERED LIFE”: https://www.instagram.com/ouralteredlife/?hl=en

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook