13-il President Ewropew għal laqgħa importanti f’Malta

  • Set 13, 2017 16:40
  • Miktub minn iNews

    Bejn għada u l-Ġimgħa, 13-il President Ewropew, inkluż il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, se jattendu għal-laqgħa tal-Grupp Arraiolos li se ssir f’Malta, bit-tema għal-laqgħa ta’ din is-sena se tkun ‘Crossing Borders’. Il-faqar, l-inklużjoni u l-ġustizzja soċjali se jkunu fuq nett tal-aġenda ta’ dan il-laqgħa. 

    Il-Presidenti barranin huma Alexander Van Der Bellen tal-Awstrija, Rumen Radev tal-Bulgarija, Kolinda Grabar-Kitarovic tal-Kroazja, Kersi Kaljulaid tal-Estonja, Frank-Walter Steinmeier tal-Ġermanja, Prokopios Pavlopoulos tal-Greċja, Janos Ader tal-Ungerija, Sergio Mattarella tal-Italja, Raimond Vejonis tal-Latvja, Andrzej Duda tal-Polonja, Marcelo Rebelo de Sousa tal-Portugall u Borut Pahor tas-Slovenja.

    Sadanittant, ilbieraħ wasal Malta l-President Taljan Mattarella, li ntlaqa’ fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela. 

    Huwa kellu taħditiet mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kif ukoll mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Aktar tard huwa attenda għaċ-ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruna tal-fjuri ħdejn il-Monument tal-Gwerra, il-Floriana. Illum, il-President Taljan mistenni jżur ukoll diversi postijiet ta’ interess kulturali fosthom l-Imdina.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook