FILMAT: "Hu jiddeċiedi meta jieqaf jerda"... Ma jirreaġixxux wara li binthom tagħmel l-awrina fl-art waqt intervista

  • Set 12, 2017 11:46
  • Miktub minn iNews

     

    Il-familja li tħaddan valuri u etikett differenti minn dawk ta’ familji normali tkellmet dwar il-fatt li se jispiċċa mkeċċijin minn darhom wara diversi lmenti mill-ġirien.

    Adele u Matt Allen li jemmnu li uliedhom għandhom jitħallew jikbru u jiżviluppaw b’mod naturali, jonqsu milli jirreaġixxu hekk kif waqt intervista fuq stazzjon televiżiv binthom tidher tagħmel l-awrina fl-art.

    Huma stqarrew li huma ma jemmnux bil-mediċina moderna u l-omm żiedet tgħid li hi għadha tredda lil binha ta’ ħames snin u li hi u żewġha għandhom f’moħħhom li jedukaw lil uliedhom mid-dar.

    Il-ġirien riċentament ilmentaw li din il-familja hija “theddida għas-sigurtà tagħhom” u li mhumiex posthom fil-binja.

    Intqal ukoll li l-ġenituri meta kellhom iż-żewġt ulied tagħhom ħallew il-kurdun jaqa’ b’mod naturali tant li l-omm ma kellha bżonn l-ebda assistenza medika waqt it-twelid.

    Fir-ritratt ippubblikat tidher il-placenta u l-kurdun li tħallew jaqgħu b’mod naturali minn mat-trabi tagħhom. L-omm qalet li użat sempliċiment affarijiet naturali bħalma huwa l-melħ sabiex tgħin fit-tnixxif tal-proċess li jieħu madwar sitt ijiem.

    Fost affarijiet oħra l-omm żiedet tgħid li minkejja li ta’ ħames snin binha kapaċi biss jirrikonoxxi ittri u numri bażiċi, hi m’għandha l-ebda problema b’dan għax temmen li ta’ dik l-età għadu żgħir wisq biex jitgħabba bit-toqol tat-tagħlim. Qalet ukoll li huma bħala familja ma jindilkux bħala prevenzjoni biex jilqgħu x-xemx għax ma jemmnux li prodotti simili huma effettivi kontra mard bħal ma huwa l-kanċer. Mhux biss, jekk stess jagħti l-każ li huma jiġu nfettati, huma determinati li jirrivolġu għal kura ġejja minn affarijiet naturali.

    Il-familja li bħalissa tgħix fl-Ingilterra tinsab iġġemma’ bil-ħsieb li temigra lejn Costa Rica fejn tkun tista’ tgħix stil ta’ ħajja favur l-ambjent.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook