Sejħa għal artisti għall-proġett AMuSE issa miftuħa!

  • Set 12, 2017 08:52
  • Miktub minn iNews

    Il-proġett ‘Artistic Multi Sensorial Experiences’ tal-Malta Society of Arts għadu kif ħareġ sejħa għal applikazzjonijiet għal artisti fl-arti viżiva  

    L-applikazzjonijiet għal artisti interessati li jieħdu sehem fil-proġett Artistic Multi Sensorial Experiences immexxi mill-Malta Society of Arts (MSA) issa huma disponibbli. Artisti interessati bejn it-18 u t-30 sena huma mistednin japplikaw sa mhux aktar tard mit-Tlieta 4 ta’ Ottubru 2017. L-erba’ artisti lokali magħżulin ser ikollhom l-opportunità jagħmlu riċerka dwar arti multi-sensorjali fuq perjodu ta’ sentejn flimkien ma’ kollegi artisti mill-erba’ pajjiżi parteċipanti fil-proġett. Barra minn hekk, se jingħataw ukoll residenza artistika ta’ xahar f’wieħed minn dawn il-pajjiżi msieħba, fejn se jiġi esebit ukoll ix-xogħol tagħhom.

    Is-sittax-il artist magħżul (erbgħa minn kull pajjiż parteċipant – Malta, l-Italja, il-Pajjiżi Baxxi u l-Litwanja) se jkunu qed jaħdmu flimkien bħala komunità biex jipproduċu xogħlijiet tal-arti li jipprovdu approċċi ġodda għall-arti viżiva permezz tal-użu tas-sensi.

    L-applikanti huma mitluba jibagħtu l-formoli tagħhom (disponibbli fuq http://artsmalta.org/amuse-application-form) fuq info@artsmalta.org sa mhux aktar tard mit-Tlieta 4 ta’ Ottubru 2017. L-applikazzjoni tinkludi ittra ta’ motivazzjoni, proposta dettaljata b’ritratti u test, sitt ritratti ta’ xogħlijiet tal-passat akkumpanjati b’tagħrif dwarhom, Curriculum Vitae u materjal addizzjonali ieħor, fost affarijiet oħrajn.

    AMuSE huwa l-ewwel proġett tal-arti multidixxiplinari internazzjonali mmexxi minn istituzzjoni tal-arti Maltija, il-Malta Society of Arts u ko-finanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, bħala parti minn Creative Europe. Il-proġett jieħu s-sura ta’ konsorzju li jinkludi erba’ msieħba: il-Malta Society of Arts (Malta), Le Terre dei Savoia Association (l-Italja), Business Development Friesland – Inqubator Leeuwarden Kanselarij (il-Pajjiżi Baxxi), u Dusetos Culture Center (il-Litwanja). Il-proġett se jesplora l-arti multisensorjali u jipproponi interpretazzjonijiet ġodda tal-identità Ewropea, tal-legati kulturali, id-drawwiet u l-idjosinkrasi. 

    Ix-xogħol kreattiv li se jinħoloq se jintwera fil-pajjiżi differenti. Il-proġett kollu għandu jilħaq il-quċċata tiegħu f’wirja li se ssir fl-2019 fil-Palazzo de La Salle (il-belt Valletta), li se jġib flimkien ix-xogħlijiet tal-arti kollha li jkunu nħolqu fuq sentejn ta’ riċerka u sperimentazzjoni.

    Għal aktar tagħrif żuru l-paġna ta’ Facebook ta’ AMuSE www.facebook.com/Artistic-Multi-Sensorial-Experiences-AMUSE-439761703051856 u s-sit tal-Malta Society of Arts http://artsmalta.org/amuse-project 

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook