RITRATTI: Jaqilgħu l-mejtin biex ilibbsuhom, jagħmlulhom xagħarhom u anke jagħtuhom sigarett!

  • Set 11, 2017 19:24
  • Miktub minn iNews

    Raħal Indoneżjan minn żmien għal żmien litteralment jimtela bil-mejtin wara li r-residenti jħaffru u jerġgħu jaqalgħu mill-qabar lill-għeżież tagħhom biex jieħdu sehem f’ritwal annwali biex ikabbru l-frott u l-ħaxix. It-tribù ta’ Torajan min-Nofsinhar ta’ Sulawesi fl-Indoneżja għandhom relazzjoni tassew partikolari mal-mejtin, fejn ġieli jżommu l-katavri mummifikati fi djarhom għal ġimgħat u anke snin qabel jiddeċiedu li jidfnuhom.

    Iżda anke meta eventwalment jindifnu, il-katavri ma tantx idumu fi kwiethom hekk kif jerġgħu jaqlgħuhom mill-ġdid, u biex bħal donnu jfissduhom joqogħdu jagħmlulhom xagħarhom, ilibbsuhom ħwejjeġ ġodda u anke jagħtuhom sigarett!

    F’kumment li ta lil ġurnalist li kien qed iżur il-post, resident qal li dan huwa l-mod kif juru r-rispett tagħhom lill-mejtin. “Għalina dan ikun mument ta’ ferħ għax nerġgħu ningħaqdu mal-mejtin tagħna,” saħaq ir-raġel.

    Wara r-ritwal tradizzjonali tagħhom, ir-residenti mbagħad joqtlu bħala sagrifiċċju baqar u ħnieżer biex juru l-gratitudni tagħhom lejn il-mejtin u bħala offerta biex ikunu jistgħu jmorru l-ġenna.

    Jidher li din it-tradizzjoni kienet inbdiet min-nies tal-lokal fis-sena 800 W.K. u mhux eskluż li setgħet anke nbdiet qabel.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook