Diġa’ weġibna !

  • Mar 04, 2013 09:41
  • Miktub minn

    F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal biss diġà weġibna meta mistoqsi dwar diversi suġġetti fosthom iż-żieda ta’ €500 fil-ġimgħa lill-Kabinett tal-Ministri u dwar is-‘self’ li n-negozjant Żaren Vassallo ta lill-Partit Nazzjonalista. Self li jlaħħaq il-kwart ta’ miljun ewro. Magħfus biex jgħid l-opinjoni tiegħu dwar dan is-self Busuttil qal li dan is-self ma joħloq l-ebda obbligu politiku.

    Dwar iż-żieda li ħadu l-membri tal-Kabinett u li dwarha l-ġurnalisti qegħdin jistaqsu kontinwament, b'mod partikolari kemm jammonta f'eluf l-ammont li qiegħed jingħad li tħallsu lura, Simon Busuttil qal "diġa' weġibna, tħallsu kollha."

    Intant, Simon Busuttil tkellem dwar l-inċentivi li skont hu għandhom iwasslu għal inqas piż ta’ taxxi u meta mistoqsi dwar kif issa l-gvern qiegħed jgħid li ma jaqbilx mat-taxxa fuq il-paga minima, li ddaħlet fl-aħħar baġit. Busuttil qal li ma kienx punt ta’ prinċipju li l-gvern daħħal dik it-taxxa.

    Dwar l-interconnecter ma’ Sqallija Simon Busuttil insista li dan qiegħed jibnih il-gvern Malti u se jkun lest fis-sena 2014. Dan meta ffaċjat bl-istqarrija ta’ Standards & Poor’s li dan l-interconnecter mhux se jkun lest qabel l-2015. Mistoqsi jekk Standard & Poor's għandhomx żball, Busuttil qal: "Int qiegħed tgħidli għandhom żball? Qed ngħidlek le, imma għandna 'commitment' sas-sena d-dieħla."

    Għal darb oħra Simon Busuttil sostna li r-riċetta tal-Partit Laburista tfisser li Malta tidħol ġo ħajt bħal Greċja, Spanja u Ċipru. “F’dawn l-aħħar ħames snin naqqasna t-taxxa u fl-istess ħin għandna l-finanzi b’defiċit taħt it-3 fil-mija,” qal Busuttil.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 11

  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Min kellu f'mohh

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Apply water on the burned area Sim!!!!! Et tqablu l Malta mal Grecja jahasra, isu dak li gara lil Grecja gara mill llum ghall ghada!!! Il Grecja ijla zmien twiel ha

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Dwar Simon ili nghid mill-bidu li lahaq vici-kap. Illum il-klikka GonziPN indunat li mar

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Il-karta Simon Busuttil ma hadmitx. Ikolli nghid li wara l-elezzjoni Simon Busuttil jitnehha bhal ma j itnehha Gonzi minn Kap.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Simon Busuttil kien l-akbar flop tal-kampanja elettorali 2013.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Jekk jit

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Dr Simon Bil - provi inkunu nafu u mhux bil - paroli li thallsu lura, ghax paroli kemm trid ghandkhom fil - vojt kif parla fil - vojt Tonio Fenech fuq Joe Cordina u wara dak li qal Farrugia fil - qorti sparixxa min wicc d - dinja.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Bhal ma diga ghetlek Sur Xmun ahjar bqajt f`Brusseles ax hemm il bic

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Lilna dan iprezentana fl UE xmisthija. Min jaf kemm kienu jitnelhu bih!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Issa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Simple equation=Xmun ic -cirinew maghruf fic crieki ta Brussel bhala THE SPARROW (L-GHASFUR TAL BEJT), huwa l-ikbar FLOP tal Peeeneee, qatt ma bsart li huwa CUCC TAL PRIMA CLASSI BIC CUCCATI li qied jghid, ibqa sejjer hekk ghax qied TPAXXINA

    Irrispondi
  •  

Facebook