Jaqta' saqajn martu għax ħaseb li qed tiltaqa' ma' raġel ieħor!

  • Set 11, 2017 11:50
  • Miktub minn iNews

    Mara minn Bali kellha saqajha maqtugħin b’machete hekk kif żewġha, deskritt bħala għajjur, daħħalha f’moħħu li l-mara kienet qed tgawdi l-kumpanija ta’ raġel ieħor. L-attakk xokkanti seħħ nhar it-Tlieta li għadda fil-preżenza taż-żewġt itfal tal-koppja.

    Intant Rohan Lee, Awstraljan li kien jimpjega lill-mara miegħu biex teħodlu ħsieb id-dar tiegħu f’Bali, qed jagħmel minn kollox biex jiġbor biżżejjed fondi lill-mara biex tkun tista’ tħallas l-ispejjeż mediċi, filwaqt li tkun f’pożizzjoni li tieħu ħsieb lit-tfal tagħha sakemm tirkupra.

    Lee kkonferma li r-raġel qata’ ż-żewġ saqajn tal-mara, u saħaq ukoll li l-inċident żvolġa filgħaxija quddiem it-tfal li għandhom 9 u 13-il sena rispettivament.

    Huwa żied jgħid li minkejja dak kollu li kellha ġġarrab il-mara xorta waħda baqgħet pożittiva għall-aħħar b’ritratti juruha titbissem. Lee żied jgħid li sfortunatament hi m’għandhiex biżżejjed flus biex tħallas għall-ispejjeż mediċi, u kien dan li wasslu biex jiftaħ fond biex ikun jista’ jiġbor somma flus għall-mara biex tgħinha f’dan il-mument diffiċli. S’issa rnexxielu jiġbor aktar minn $40,000.

    Ir-raġel tal-mara mistenni li jitressaq il-qorti fil-jiem li ġejjin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook