L-għajta għall-bidla triegħed il-fosos

  • Mar 03, 2013 15:17
  • Miktub minn

    Għal kważi erba' sigħat fuq il-Fosos tal-Floriana ddominat l-għajta għall-bidla. Dan hekk kif sa minn kmieni - anke mħeġġa mit-temp sabiħ - eluf ta' persuni bdew jinġabru fuq il-Fosos tal-Floriana. Il-qofol intlaħaq bil-messaġġ tal-mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat li fiehem il-viżjoni tiegħu għal dan il-pajjiż filwaqt li fisser x'inhuma l-għażliet quddiem il-poplu Malti nhar is-Sibt li ġej.

    Muscat beda d-diskors tiegħu billi qal li ninsabu sitt ijiem ‘il bogħod mill-jum li fih il-Maltin u l-Għawdxin iridu jiddeċiedu x’direzzjoni jrid jieħu pajjiżna u ddeskriva d-deċiżjoni bħala waħda mhix normali.

    “Din mhix l-għażla tas-soltu bejn l-aħmar u l-blu. Mhix biex tinżel bandiera u titla oħra. Mhix biex minflok jaħkem nofs il-poplu, jaħkem in-nofs l-ieħor. L-għażla hija ferm akbar minn hekk. Għażla li għandha xeħta storika. Hija għażla li trid tiskarta l-politika tal-kuluri, u minflok tara li dan il-poplu bħala wieħed” kompla jgħid Joseph Muscat.

    “Din hija għażla ċara bejn futur li jifred u l-futur li jgħaqqad” qal Joseph Muscat f'messaġġ ta' għaqda li issa sar sinonimu mad-diskorsi ta' Joseph Muscat.

    20 priorità

    Għamel referenza lejn l-20 priorità fil-Manifest tal-Partit Laburista u ta eżempji konkreti ta' kif, skont hu, dan hu aħjar minn dak li qiegħed joffri l-Partit Nazzjonalista. “Ejja nieħdu l-qasam tal-enerġija” qal Joseph Muscat, “ħaddieħor nixef mill-ideat. Wara ħames snin jgħolli l-kontijiet u jgħidilna li ma jista jsir xejn f’ dan il-qasam, issa qed jgħidilna li jista’ jraħħas xi ħaġa bil-lejl, u jgħolli bi nhar... Jgħid li se jkollu ‘interconnector’ lest is-sena d-dieħla, iżda Standard and Poor’s tgħid li l-affarijiet mhux se jkunu f’posthom qabel l-2015” qal Joseph Muscat li rrefera għad-dipendenza ta' pajjiżna fuq iż-żejt u l-iskandlu tax-xiri taż-żejt.

    “Hawnhekk ukoll għandna għażla bejn wegħdiet konfużi ta’ ħaddiehor, u 'roadmap' konkreta li se twassal għal riżultati konkreti … li tpoġġi lil Enemalta fuq sisien sodi, tnaqqas l-ispejjez tan-negozji u titfa €77 miljun fl-ekonomija ta’ pajjiżna kull sena” tenna Joseph Muscat.

    “U x’ inhu l-aktar riżultat konkret?” staqsa Joseph Muscat, “il-protezzjoni u l-ħolqien tax-xogħol. Għaliex b’policy koerenti u responsabbli dwar l-enerġija, li tnaqqas l-ispejjeż tan-negozji u titfa l-flus fil-bwiet tal-familji, li jdawwru l-ekonomija, inkunu qed noħolqu x-xogħol.”

    Joseph Muscat qal li hemm bżonn ta’ enerġija ġdida fil-ħolqien tax-xogħol, għaliex il-qgħad ilu jiżdied xahar wara l-ieħor, għal kważi sena sħiħa. Tenna li ħaddiehor lanqas biss għadu nduna li teżisti din il-problema u minflok isolivha, qed jipprova jaħrab minnha.

    Qal li ħaddieħor qed jgħid li m’ hawnx problema ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, meta din laħqet kważi 15%. Muscat qal li ħaddiehor qalilna li l-ammont ta’ żgħażagħ bla xogħol huma irrevelanti.

    “4,600 tfalja u ġuvni mingħajr xogħol ma tistax issejħilhom irrelevanti. Kull tfajla … kull ġuvni huma relevanti għalina. Ix-xogħol jinħoloq mill-aqwa enerġija li għandna f’ pajjiżna, is-sens ta’ intrapriża li għandna fis-settur privat” qal Joseph Muscat.

    Tkellem ukoll dwar it-twemmin tal-Partit Laburista u l-importantza tan-negozju. “Li tkun favur in-negozju ifisser li tkun favur ix-xogħol … u favur il-ħaddiema. Ħbieb tiegħi, huwa bil-ħolqien tal-ġid li nistgħu nibqgħu mexjin ‘il quddiem bħala pajjiż. Għalxejn nitkellmu dwar it-tqassim tal-ġid jekk l-ewwel ma noħolquhx il-ġid. Għalhekk il-privat jinsab fil-bażi tal-programm tagħna” qal Joseph Muscat.

    Riformi

    Wiegħed li Gvern Ġdid se jkun qegħdin jagħmel riforma fil-kura primarja, u b’hekk se nirrangaw iċ-Ċentri tas-Saħħa. Qal li bilfors in-nies imorru l-isptar jekk ma jsibux iċ-Ċentri tas-Saħħa magħluq.

    “Ic-Centru tas-Saħħa se ssibu miftuħ u se tkun tista’ tinqeda fih. Flimkien ma’ hekk, nidħlu f’diskussjonijiet biex is-sistemi tal-Isptar tagħna nimmodernizzawhom biex flimkien mal-professjonijiet u dawk kollha li jaħdmu f’ dan il-qasam, intejjbu s-servizz” qal Joseph Muscat.

    Qal li Gvern Ġdid se jkun qed jintroduċi ‘Charter’ għad-drittijiet tal-pazjenti, biex kull min ikollu bżonn l-isptar, ikun jaf x’inhuma d-drittijiet tiegħu u x’inhuma r-responsabilitajiet tiegħu.

    Joseph Muscat qal li “fuq kollox, jekk ommok jew missierek ikollhom bżonn operazzjoni, se jkunu jafu il-perjodu massimu kemm ikollhom jistennew għaliha. Jekk l-operazzjoni ma ssirx fil-ħin, il-Gvern jibgħatek tagħmilha b’xejn ghand il-privat. Dawk huma d-drittijiet il-ġodda li se nkunu qed nagħtu lic-ċittadini tagħna!”

    Il-Mexxej Laburista qal li l-aqwa mod kif nassiguraw il-ħolqien tal-ġid fit-tul huwa l-edukazzjoni. “Iva, se nkomplu ninvestu fi skejjel ġodda … dak importanti. Iżda fuq kollox se nkunu qed ninvestu fin-nies.” Kien hawn li Muscat fisser il-proposti għall-qasam edukattiv.

    Żied li Gvern Ġdid se jkun qed nintroduċi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ ta’ Tagħlim, Taħriġ u Xogħol. Qal li din il-miżura tkun tfisser li kull tfaljla u ġuvni ta’ 16-il sena li ma jkunux qegħdin l-iskola u lanqas jaħdmu, jigu avviċinati biex volontarjament jidħlu għal taħriġ, li jwassal biex jidħlu lura fl-edukazzjoni jew isibu xogħol.

    Qal li Gvern Ġdid se jagħti t-tieni possibilta’ ukoll lil dawk l-istudenti li b’xi mod kellhom problema u forsi m’għaddewx minn xi eżami. Dak il-ħin, meta żagħżugħa jew żagħżugħ ma jirnexxielux jgħaddi mal-ewwel minn eżami, ikun l-aktar zmien delikat fejn jaħbtu jaqtgħu qalbhom.

    Tenna li ħaddieħor qed jgħid li dawn l-istudenti għandhom jiġu abbandunati għal riħhom għax se jneħħilhom l-istipendju.

    “Aħna ma naqblux ma’ dan. Jekk studenta jew student ikollhom problema fl-eżamijiet iżda xorta ikollhom ix-xewqa li jimxu ‘il quddiem, biex jidħlu l-Universita’ jew biex jibqgħu mexjin ‘il quddiem fl-edukazzjoni tagħhom, ahna rridu ngħinuhom u mhux nagħmluhilhom aktar diffiċli. Irridu naghtuhom it-tieni ċans. Għalhekk, b’responsabilta’ qed ngħidu lil dawk iż-żgħażagħ li jridu jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom, li jekk għandhom ir-rieda u l-kuraġġ li jibqgħħu jistudjaw, aħna se nkunu qed nagħtuhom l-istipendju xorta.”

    “Ghalina, li ngħinu liż-żgħażagħ tagħna fil-mument tal-bżonn biex jibqgħu mexjin ‘il quddiem fl-edukazzjoni huwa investiment importanti daqs kull investiment ieħor fl-edukazzjoni” qal Joseph Muscat.

    Qal li “liż-żgħażagħ li għaddejjin minn din is-sitwazzjoni nagħmlilhom kuraġġ. Taqtawx qalbkom. Komplu bl-edukazzjoni tagħkom. Jekk ħaddiehor qata qalbu minnkom, ahna ngħidulkom li nemmnu fikom!

    “L-istess ngħid lill-anzjani u dawk li qed jersqu lejn l-anzjanità” qal Joseph Muscat, nafu li llum huwa diffiċli li wieħed jgħaddi bil-pensjoni u għalhekk se nkomplu bil-programmi li permezz tagħhom min ikompli jaħdem ma jiġix penalizzat.”

    Fisser kif gvern Ġdid se jibda t-triq biex il-Pensjoni Minima titla għal 60% tad-Dħul Minimu Nazzjonali. Joseph Muscat qal li ma jistax ikun li f’pajjiżna ħafna anzjani jieħdu pensjoni kull xahar li hija l-istess daqs kemm ħaddiehor ħa żieda f’ġimgħa waħda. Qal li jekk Gvern Ġdid jingħata l-fiduċja, il-politici mhux se jiehdu żidiet, bħal dik ta’ xi €500 fil-ġimgħa minn wara dahar kulħadd.

    Joseph Muscat qal li b’ġustizzja soċjali, Gvern ġdid se jiedi programm biex persuni li għandhom bollol nieqsa jkunu jistgħu iħallsuhom, biex b’hekk jieħdu pensjoni dicenti. Qal li dan isir b’mod ġust f’każijiet ġenwini, kemm mal-persuni konċernati kif ukoll ma’ min ikun ħallas il-bollol diġà, biex ma jinħolqux inġustizzji ġodda.

    Tenna li l-akbar marka li Gvern Ġdid, jekk jingħata l-fiduċja, se jkun qed iħalli se jkun permezz tal-progett Soċjeta’ Ġusta’. "Fejn se nserrħu moħħ kull persuna b’diżabilita’ u l-ġenituri tagħha li, jekk jigu nieqsa, u anki qabel, kull persuna b’ diżabilità tkun tista’ tibqa tgħix fi djar fil-komunita’," qal Muscat.

    "Ibagħtu messaġġ b'saħħtu"

    Il-Mexxej Laburista ħeġġeġ biex kulħadd jiġbor il-vot tiegħu. “Biex tibgħatu messaġġ veru b’saħħtu, morru iġbru l-vot u nhar is-Sibt li ġej morru ivvutaw għal kandidati kollha tal-Partit Labruista. L-appell tieghi imur ukoll għal dawk li għadhom ma ddeċidewx x’se jivvutaw” kompla jgħid Joseph Muscat.

    Joseph Muscat ħeġġeġ biex nhar is-Sibt li ġej, il-poplu jmur jivvota kmieni għal kandidati kollha tal-Partit Laburista. Tenna li s-surveys u n-numri ma jgħoddux ghall-elezzjonijiet. Dak li jgħodd huwa l-vot.

    “Nistgħu inbiddlu d-direzzjoni, nistgħu niktbu l-istorja, nistgħu ningħaqdu għal bidla bil-vot tagħhkom. Għalhekk, inheġġiġkom … morru ivvutaw, ħeġġu lil ħaddiehor joħroġ jivvota, ivvutaw kmieni, u fuq kollox ivvutaw għal Partit Laburista biex dan il-Moviment iwassal għal bidla fid-direzzjoni” kompla jgħid Joseph Muscat li temm jisħaq li l-poplu għandu jingħaqad biex iwettaq din il-bidla.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 10

  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    wasal il mument tal prova lahwa ejja halli l holma ta dan ir ragel kbir nghamluha realta .MALTA TAGHNA LKOLL

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Jien kburi li flimkien ma familti kont prezenti ghal dan l-avveniment. Il-Bidla maghna qeda l-ahwa....wara nhar is-Sibt.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Dan il-pajjiz ghandu bzonn bidla sabiex titnehha 'l korruzzjoni li La

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Min fomkhom L-Alla l- ahwa, kurag u nergaw niehdu l- Malta taghana lura min dawn is- sriep. Malta taghana lkoll

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Kuragg hbieb, saqajna ma l-art u mohhna hemm, ir-rih tal bidla jinhass qawwi...sabiex Malta Tkun Taghna Lkoll.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    folla verament sabiha u l-era ta' Conzipn vicin hafna li tisparixxi. Ir-rih tal-bidla ilu snin jonfoh favur il-Partit Laburista g

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Wasal il-mument li l-elettorat jazel id-destin tieghu. Nhar is-Sibt Malta sejjra taqbad direzzjoni li Mikiel Anton Vassali u Manwel Dimech kienu joholmu, li Malta tkun vera Maltija. u li Malta tkun taghna wkoll.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    L-ghazla hija cara jew lil min ghadda min fuqna qisu xejn mu xejn u seraqna min wara darna jew politika nadifa u daqsxejn arja friska

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Baqa issa l-ahhar sforz biex il-pajjiz iqum qawma fuq tieghu u jwarrab minn fuqu din is-shaba sewda li hakmitu permezz tat-tmexxija stagnata tal-Partit Nazzjonalista halli x-xemx terga tiddi fuq din Malta taghna lkoll.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Il-meetingt

    Irrispondi
  •  

Facebook