"Nobgħod lin-nisa… mhux dawk biss li qtilt imma nobgħodhom inġenerali"

  • Set 10, 2017 16:39
  • Miktub minn iNews

    "Tista’ tispjegalna  għaliex il-vittmi tal-qtil tiegħek huma nisa?"  Paul ma joqgħod jomgħodha u jgħid li “jien nobgħodhom’. Il-Puliżija investigattiv  ta’ quddiemu  jerġa’ jistaqsieh u Paul għat-tieni darba jgħidlu ‘nobgħodhom’. Il-Pulizija jistaqsih jekk il-mibegħda hix lejn dawn it-tlett nisa biss, jew inkella mibegħda lejn in-nisa inġenerali u anki hawn Paul jiddikjaraw ‘mibegħda lejn in-nisa inġenerali”.

    Il-qtil seħħew fis-sena 1993

    Kien fuq perjodu ta’ seba’ ġimgħat eżattament fis-sena 1993, meta tlett nisa ta’ età żgħira inqatlu. Dawn kellhom 17, 18 u 22 sena rispettivament.  Il-qtil kienu vjolenti b’għadd kbir ta’ daqqiet ta’ sikkina. Wieħed mill-qtil seħħ fid-dawl tax-xemx fi Frankston li tinsab madwar 40 minuta bogħod minn Melbourne.  Kien hemm mara oħra li kellha 41 sena li kienet attakkata imma irnexxielha taħrab.

    Mill-investigazzjonijiet irriżulta li l-ebda vittma ma kienet taf lil oħra u ma kien hemm ebda konnessjoni bejniethom. L-uniku ħaġa komuni li kellhom kienet li kollha kienu jgħixu fi Frankston. Kemm minn dawn il-każi kif ukoll mill-każ fejn il-mara irnexxielha taħrab, l-investigatturi saru konxji li kienu qed jitrattaw każ ta’ ‘serial killer’.  Kien jidher li dan qed joqtol bla raġuni.

    Meta tlestew l-investigazzjonijiet ma kien hemm ebda dubju li l-qattiel ma kien ħadd ħlief Paul Chrles Denyer.  Żagħżugħ ta’ 21 sena li kellu l-laqam ta’ John Candy il-komiku.  Denyer imma ma kienx komiku, anzi għal ħafna kien monstru.

    Kien iħanxar l-għenuq tat-teddybears ta’ oħtu

    Meta kien għadu żgħir Paul kien iħanxar l-għenuq tat-teddy bears ta’oħtu. Kiber ossessjonat fuq id-demm. Kien jara b’mod regolari films bħal ‘The Stepfather’, ‘Fear’u ‘Halloween’. Dawn il-films ma jixba’ qatt jarahom. Meta kien għadu żgħir ukoll kien ħanxar għonq il-qattus li kienu jrabbu bħala familja.  Hu ħanxarlu għonqu b’skkina ta’ ħuħ. Ma kienx kuntent li qatlu imma imbagħad dendlu ma’ siġra.  Wara li kien arrestat fuq il-qtil tat-tlett nisa, kien sar magħruf li kien hu li ħanxar l-irjuħ ta’ għadd ta’ frieħ tal-qtates.

    Li għaġġeb lill-investigaturi kien il-fatt li Denyer ma wera ebda rimors għall-qtil li wettaq.  Mhux biss ma weriex rimors imma spjega fid-dettal kif qatilhom. Hu iddikjara magħhom li x-xewqa li joqtol kienet ġietu meta kellu erbatax-il sena. “Dejjem ridt noqtol.  Stennejt l-aħjar żmien biex l-alarm silenzju iwassalni għal dan’, jgħid Denyer. 

    Meta kien żgħir waqa’ minn fuq bank u ħabat rasu

    Paul Charles Denyer twieled f’Sydney f’April tas-sena 1972. Kien it-tielet fost sitt aħwa. Ommu u missieru kienu immigranti li marru fl-Awstralja biex jaħdmu. Meta kien tarbija hu kien waqa’ minn fuq bank u ħabat rasu. Dan il-fatt sar iċ-ċajta tal-familja u meta kien jagħmel xi ħaġa mhux tas-soltu kienu jaqbdu jidħku bih u jgħidulu ‘għax inti kont waqajt għal rasek’.

    Problemi fil-kindergarten

    Denyer jidher li kellu xi problemi biex jintegra ma’ tfal oħra fil-kindergarten. Biss aktar ma kiber aktar beda jegħleb dan l-ostaklu. Biss kollox inbidel meta l-familja iddeċidiet li ma tibqax tgħix f’Victoria imma tmur tgħix fi Frankston. Dan seħħ għax il-missier kien sab xogħol ġdid marbut mas-servizz tal-ferrovija.  Paul u ħutu ma’ approvawx din id-deċiżjoni. Huma kienu kuntenti ħafna f’Campbelltown. Paul kien sabha diffiċli biex jagħmel ħbieb ġodda. Fl-iskola l-ġdida ta’ Nortvale Primary, hu kien tifel totalment differenti. Sabha diffiċli jagħmel il-ħbieb u kellhom nuqqas ta’ kunfidenza fih innifsu. 

    Apparti dan, Paul bħala statura kien itwal mit-tfal l-oħra u eħxen. Minflok kien jilgħab bil-ġugarelli bħat-tfal l-oħra, hu kien jaffaxina ruħu b’kollezzjoni ta’ skieken. 

    Ftit qabel għalaq it-tlettax-il sena, Paul Denyer kien akkużat li seraq karozza. Ingħata twissija u inħeles. Xahrejn wara reġa’ spiċċa fl-inkwiet u kien akkużat li għamel rapport falz lit-taqsima tat-tifi tan-nar.  Fl-età ta’ 15-il sena Denyer kien sforza tifel ieħor biex jimmasturba quddiem it-tfal.  Hu kien akkużat b’abbuż.

    Fis-sena 1992, kien beda relazzjoni ma’ Sharon Johnson.  Din kien iltaqa’ magħha meta kien qed jaħdem f’Safeway Supermarket.  L-impjieg tiegħu intemm meta kien weġġa’ mara u tarbija bi trolleys vojta.

    Wara Denyer applika biex jidħol fil-Pulizija ta’ Victoria imma ma ġiex aċċettat.  Wara mar jaħdem f’workshop li kellu x’jaqsam mal-industrija marittima imma minn hawn tkeċċa ukoll għax kien jagħmel ħafna ħin jagħmel is-skieken. 

    Fis-sena 1993, Denyer kien tista’ tgħid każ soċjali. Ma setax isib jaħdem u dan minħabba għazz u inkompetenza. Maż-żmien Denyer żviluppa fissazzjoni fuq il-mewt. 

    F’dan iż-żmien hu kien jgħix f’appartament fi Frankston flimkien ma’ Sharon Johnson. B’Paul bla xogħol, Sharon kienet tagħmel żewġ xogħlijiet.

    Bdew iseħħu affarijiet strambi

    Ma’ tantx għadda żmien li ma bdewx iseħħu affarijiet strambi. Darba minnhom il-ġirien tagħhom, Donna u Les arru d-dar għall-ħabta tal-11 ta’ bil-lejl bit-tarbija.  Sabu li f’waħda mill-kmamar fejn kellhom it-televiżjoni kien hemm kitba bid-demm li kienet tgħid ‘Dead Don’.  Mitluq fl-art f’nofs il-kċina kien hemm il-qattus ta’ Donna.  Fuq kien hemm ritratt ta’ mara bil-bikini.  Mal-ħitan kien hemm ħafna tiċpis tad-demm tal-qattus. Kien hemm kliem ieħor miktub bid-demm bħal ‘Donna - You are dead’.  Fil-kamra tal-banju sabu li inqatlu l-frieħ ta’ din il-qattusa.  Fil-kamra tas-sodda sabu li min daħal  kien qalleb il-kxaxen kollha u l-ħwejjeġ tqattgħu. Il-bibien tal-gwardarobbi tkissru.  Il-ħwejjeġ tat-tarbija kienu mqattgħin ukoll.  Kien inkiteb ukoll il-kliem ‘Donna and Robyn’. Din ħawdet sew lil Donna li ma kinitx taf  Robyn min hu.

    Donna ma reġgħetx qagħda f’dak l-appartament. Hi marret tgħix ma’ oħtha sakemm sabet appartament ieħor. 

    Trishia kienet toqgħod fejn Paul Denyer u hu assigurahom li issa li qed tgħix ma’ Trishia se tkun sigura. 

    Tinstab mejta u kważi għarwiena Elizabeth Stevens

    Fit-12 ta’ Ġunju tas-sena 1993, Elizabeth Stevens, studenta ta’ 18-il sena tinstab mejta f’Loyd Park. Hi kienet rappurtata nieqsa l-lejl ta’ qabel. Kellha għonqha imħanxar u sitt daqqiet fondi ta’ sikkina f’sidirha. F’wiċċha ukoll kellha diversi ġrieħi. Mill-awtopsja li saret ma rriżultax li hi kienet stuprata qabel inqatlet.

    Tkompli...

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0