L-aħmar ifisser qgħad u l-blu jfisser xogħol - Gonzi

  • Mar 03, 2013 14:47
  • Miktub minn

    Fil-bidu tad-diskors tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Lawrence Gonzi wkoll irringrazzja lil Tas-Sliema talli dejjem kienet benniena Nazzjonalista. Gonzi wkoll qal li jekk fid-9 ta' Marzu isir għażla ħażina ma nkunux nistgħu nirranġaw dak l-iżball. Huwa fakkar li fid-9 ta' Marzu l-elettoral se jkun qiegħed jiddeċiedi x'se jiġri fil-ħames snin li ġejjin. “Se tkunu qed tagħżlu min se jmexxi għal pajjiżna għal ħames snin sħaħ. Ħames snin jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajja tagħkom,” kompla Gonzi. Kif qal dalgħodu meta kien f'attività tal-partit taħt it-tinda fl-Isla, Gonzi reġa' qal lin-nies biex ma jissugrawx.

    B'refernza għall-billboard li ħareġ matul din il-kampna elettorali mill-PN, Gonzi qal li l-kulur aħmar ifisser qgħad filwaqt li l-kulur blu jfisser xogħol. “Hawn min qed jipprova li l-kulur aħmar jagħtih tiċpisa blu imma aħmar kien u aħmar jibqa',” kompla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

    “Fid-9 ta' Marzu qed nissugraw ix-xogħol, għax ix-xogħol ma jiġix bir-roadmaps u bil-paroli imma jekk il-finanzi tagħna jibqgħu fis-sod,” kompla jgħid Gonzi.

    Fl-aħħar tad-diskors tiegħu Gonzi qal li kull persuna preżenti għandha tipprova tipperswadi lil tnejn min-nies biex jivvutaw lill-PN. “Ħamest ijiem kull m'għandna jekk tagħmlu mezz li kull wieħed u waħda minnkhom tavviċinaw tnejn min-nies u tipperswaduhom biex fid-9 ta' Marzu jivvutaw għall-PN, allura fid-9 ta' Marzu nivvuttaw u fl-10 ta' Marzu niċċellebraw,” temm jgħid Gonzi lill-folla numeruża preżenti.

    Rebħa għall-PN garanzija ta' futur fis-sod - Busuttil

    Fil-bidu tad-diskors tiegħu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja l-partitarji Nazzjonalisti speċjalment lis-Slimiżi li dejjem taw l-appoġġ tagħhom lill-PN. Huwa qal li issa wasal il-mument tal-għażla.

    “Qegħdin f'salib it-toroq, nhar is-Sibt li ġej il-poplu Malti se jagħżel liema triq irid ikompli fuqha. Jekk jibqax fit-triq tal-PN jew jaqbadx it-triq li jrid il-PL. Jekk tagħżel it-triq tal-PN tkun qed tagħżel id-direzzjoni t-tajba,” żied Busuttil.

    Huwa qal li s-Sibt il-PN se jagħti lura lill-Maltin, pajjiż rispetat fl-Ewropa u lil hinn. Se jagħti lura pajjiż b'rata għolja ta' impjiegi u rata baxxa ta' qgħad.

    Il-Viċi Kap tal-PN qal li l-PN jimpenja ruħu li jagħmel qabża oħra ta' kwalità 'l quddiem fl-istess direzzjoni.

    Jekk nhar is-Sibt il-poplu Malti jagħżel il-Partit Laburista pajjiżna jibqa' dieħel gass down fil-ħajt “għax lil min tafu tistaqsiex għalih,” qal Busuttil. Huwa staqsa għaliex għandna nbidlu d-direzzjoni, “għaliex għandna naqbdu t-triq tan-nieżla,” kompla. “Iżda biex nibqgħu fid-direzzjoni t-tajba jeħtieġ li nhar is-Sibt noħorġu bi ħġarna u nivvutaw għall-PN,” kompla l-Viċi Kap Nazzjonalista.

    Huwa qal li kieku l-elettorat jagħżel fuq is-suċċess kieku l-PN jirbaħ gass down. “Imma hemm nies li huma mweġġgħin u ddispjaċuti. B'mod partikolari f'dan id-distrett hemm ħafna nies li qed iħossuhom b'dan il-mod,” kompla Busutill. Busutill qal li se jkun impenn personali tiegħu li kemm hu u kif ukoll il-PN se jkunu hemm għalikom kemm fid-9 ta' Marzu u kemm wara.

    “Irridu li min għandu raġun jieħu dak li ħaqqu. Kif intkom kontu hemm għall-PN, il-PN ikun hemm għalikhom,” qal Busuttil. Huwa żied jgħid li l-vot mhux arma biex tiggastika lil xi ħadd imma ċavetta li biha tiftaħ il-futur tiegħek u tal-familja tiegħek. “Nhar is-Sibt warbu fil-ġenb għal mument il-weġgħa personali tagħkom u oħorġu vvutaw lil PN. Jekk jirbaħ il-PN ikun rebaħ il-pajjiż u jekk jirbaħ il-pajjiż tkun irbaħt int. Nhar is-Sibt ejja lkoll nerfgħu r-responsabbiltà għall-pajjiżna. Rebħa għall-PN hija garanzija ta' futur fis-sod,” temm id-diskors tiegħu Busuttil.

    Aktar kmieni: Illum, il-vjaġġ tal-kampanja elettorali ħa lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Partit Nazzjonalista minn fortizza Laburista dalgħodu – l-Isla - għal dik li dejjem kienet meqjusa bħala waħda mill-iktar lokalitajiet b’appoġġ għall-Partit Nazzjonalista, Tas-Sliema.

    Kif kien maħsub fl-aħħar Ħadd tal-kampanja n-nies ħarġu bi ħġarhom jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-partiti politiċi. Hekk kif minn hawn u ftit ħin ieħor se jibdew id-diskorsi tal-Viċi Kap u l-Kap Nazzjonalista l-partitarji ħonqu Dingli Street.

    Ritratti: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 26

  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    dan ta lajkla jew

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    tal-ajkla fuq il fosos il furjana qed jaghmlu!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Dan ir ritratt mehud fis 2.30.....fl 4 kien hemm t triq ippakjata sat 3 sigriet bis side streets kollha jam packed

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    @ mary....... tal Ajkla jirraguna u jargumenta wisq izjed serju min GonziPinocchio. Sar qisu buffu...innutawh jidhaq fix xejn ....THAWWAD WAHDA SEW MISKIN.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Gonzi il poplu maghdux izjed bahnan kif dejjem pengejtuh. Iktar ma tbezza u tigdeb fi kliemek f'din il

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Il fosos ma kienux bizejed ilum hi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    @Mary ara kif sejjra tkun mahruqa nhar il-Hadd li gej. Gonzi qal biex nahsbu sewwa fuq min nghatu il-vot taghna u jien hekk sejjer naghmel. Ma riedx li l-oligarkija tibqa titpaxxa min fuq dahari ghalhekk jien il-vot tieghi imur ghal Partit Laburista.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    gonzi jfisser cucati u hmerijiet

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Sewwa et tajd dr gonzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Jien sliemizi u kburli li laburist u wicci ta Malti Sur Gonzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Il-blu u l-ahmar - kemm ghadek maqbud fix-xbieki tal-passat Wenz! Din hi s-sena 2013!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Tantx tintrassu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Can't help noticing the difference in the articles between the pl an pn mass meeting. Prosit inews suppost ghandkom tkunu nutrali uhx.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Jigifieri ha timxi bil-kulur politiku terga sur Prim Ministru....jekk tkun laburist tispicca qieghed (kif gralh

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Dan il-mass meeting tal-partit nazzjonalista kompla juri il-qasma li jrid igib f'malta dan il-partit.B'dawn il-kumm

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Jekk jahseb li tas-sliema xi fewdu tieghu simon busutill ser jkollu sorpriza kerha il-gimgha id-diehla ta. Tghid ma ikkonvincix lis-slimizi ghax tefaghlhom tilja storbju wara biebhom illum!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Dr Lawrence Gonzi l-ahmar ifis

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Simon Busuttil qal li hemm xi nazzjonalisti mwegghin. Mur obsor, ahseb u ara l-Laburisti 25 sena fl-oppozizzjoni jaqilghu fuq wicchom il-hin kollu. Nistieden lil Simon Busuttil

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Ara veru kampanja ta hmieg jafu jghamlu il pn L-istess kampanja ta firda u kuluri qatt ma jitalmu. Veru li il blue ifiser Xoghol imma lil tal klikka jew lit ftal tahom kella bzon tinqata diz-zejza kbira li ghandom.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Dr Gonzi jien se nisma' minnek u fil-granet li fadal ghall-elezzjoni nipprova nikkonvinci Nazzjonalisti bhali biex ghall ewwel darba bhali jivvotaw ghall Partit Laburista.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Once Frank Sammut, who is facing court charges in the oil scandal, reveals all the secrets he has amassed during the years, he will bring about the downfall of the complex corruption system that has engulfed the

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    BIL-VOT LIL-GONZIsimonPN ID-DEJN NAZZJONALI MINN MADWAR 60

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Dr. Gonzi et jiku

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Sur xmun taf ghala inbidlu id direzjoni biex inwarbu lil tal klikka u MALTA TKUN (TAGHANA UKOLL), ma xbajtux tardaw demm il haddiem ja ipokretti

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    @Membri PN. Dan l-ahhar sirt naf li saru xi ntervisti lil xi haddiema tac-civil fil-Ministeru ghal Ghawdex sezzjoni agrikoltura. Sirt na

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    @Kurjuz u Membri PN. Nista nikkomferma dak li ktibtu intom. Iva

    Irrispondi
  •  

Facebook