AĠĠORNAT: Mingħajr bidla m’hemmx progress – Louis Grech

  • Mar 03, 2013 14:03
  • Miktub minn
"

    Id-deputat mexxej tal-Partit Laburista, Louis Grech, sostna li l-futur huwa ta’ dawk in-nies li kapaċi joħolmu l-futur tagħhom huma stess. “Nhar is-Sibt li ġej il-futur politiku ta’ dan il-pajjiż se jkun f’idejkom,” iddikjara Louis Grech quddiem l-eluf miġbura.

    Żied li min irid li pajjiżna jitlaq minn politika negattiva għandu jagħżel lill-Partit Laburista. L-istess bħal m’għandu jagħmel min irid li jsir investiment f’soċjetà iktar progressiva. “Aħna rridu noħolqu futur biex ikun Malta Tagħna Lkoll,” qal Louis Grech li wissa kontra l-provokazzjoni.

    Louis Grech saħaq li fuq in-naħa l-oħra tal-Partit Laburista hemm il-Partit Nazzjonalista li jista’ joffri 'more of the same'. “L-istess arroganza, l-istess inefiċjenza, u l-istess wegħdi,” iddikjara Grech li fakkar kif il-Partit Nazzjonalista għamel iktar minn sena fil-parlament mingħajr ma jiffunzjona għax kien tilef il-maġġoranza.

    “Il-Partit Nazzjonalista jaħseb li għandu xi dritt divin li jmexxi dan il-pajjiż,” iddikjara Grech li spjega kif il-Partit Laburista jrid jara soċjetà fejn il-poter, il-burokrazija ma jibqgħux fiċ-ċentru tla-politika tagħna. “Iċ-ċentru tal-politika tagħna huwa intom,” qal Grech f’diskors li fih saħaq li mingħajr bidla mhemmx progress. "Nagħtu ċans lill-pajjiżna, ejja noħolqu soċjetà ġdida," temm Grech.

    Enormi. Huwa dan l-aġġettiv li jista' jiddeskrivi l-folla li fuq il-fosos tal-Floriana nġabret għall-mass meeting tal-Partit Laburista. Mass meeting li llum se jkun qiegħed jibda b' kunċert tal-band A Friend in London li tinterpreta d-diska New Tomorrow, li qiegħda tintuża mill-Partit Laburista bħala parti mill-imaġini tal-kampanja elettorali.

    Iktar minn ħdud oħra jiddominaw il-bnadar bojod u ħomor, filwaqt li ma jistax jonqos li l-folla enormi tibda tkanta l-għajta "Tagħna Lkoll" minn ħin għal ħin.

    Ritratti u Filmati: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    17