Kellu jaħbi kamera f'daru biex jaqbad mumenti meta jisfa msawwat minn martu għax ħaseb li l-pulizija mhix se temmnu

  • Set 09, 2017 18:40
  • Miktub minn iNews

    Raġel kellu jirrikorri li jwaħħal kamera fid-dar biex ikun jista’ jaqbad fil-fatt lil martu li taggredih u tattakkah waqt li tkun xurbana, hekk kif kien jibża’ li l-pulizija qatt ma kienet se temmen il-verżjoni tiegħu.

    Neil Tweedy, ta’ 45 sena, ilu għal aktar minn għaxar snin jisfa abbużat fiżikament minn martu Helen li taħdem bħala għalliema. Ir-raġel irrakkonta kif saħansitra anke fil-jum tat-tieġ tagħhom il-mara attakkatu u ġiegħlitu jorqod fuq is-sufan. Jidher li huwa dejjem kien jaħseb li martu xi darba jew oħra kienet se tinbidel, xi ħaġa li madankollu qatt ma għamlet.

    Huwa mhux l-ewwel darba li telaq mid-dar, madankollu dejjem kien jirritorna lura wara xi jiem, u tul dawn is-snin kollha ta’ abbuż qatt ma ġibed l-attenzjoni tal-awtoritajiet.

    Eventwalment huwa ħa azzjoni wara li l-koppja kellhom tarbija, bil-mara xorta waħda tibqa’ tippersisti bl-attitudni aggressiva tagħha.

    Wara li ġibed numru ta’ episodji ta’ abbuż fil-konfront tiegħu, saħansitra anke quddiem binthom li llum il-ġurnata għandha erba’ snin.

    Il-Qorti ta’ Manchester fejn instema’ l-każ iddeċieda li l-mara għandha tagħmel 120 siegħa xogħol fil-komunità.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook