TISSUGRAWX - Lawrence Gonzi

  • Mar 03, 2013 12:13
  • Miktub minn
"

    Għal darb' oħra l-messaġġ ta' Lawrence Gonzi lill-elettorat kien biex ma jissugrax. “Tissugrawx oqgħodu ma' dak li tafu eżatt fejn qegħdin miegħu, il-Partit Nazzjonalista,” qal Gonzi.

    Fl-Isla, parti mid-distrett li fih jikkontesta Lawrence Gonzi, il-Kap Nazzjonalista ngħata merħba kbira. Dan ftit sigħat wara li fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika d-distakk bejn iż-żewġ partiti għadu wieħed kbir bil-Partit Laburista jidher li għadu minn fuq bi 12 fil-mija.

    Gonzi qal li l-ewwel 'corner meeting' li qatt għamel kien proprju fl-istess post fejn illum kien hemm it-tinda. Fl-attività tal-lum semma proġetti li saru fil-Kottonera fosthom il-yacht marina. “Għal min qed jivvotta għall-ewwel darba isimgħu kollox, għamlu kollox fuq miżien. Imma mbagħad għamlu l-aħjar għażla, ivvutaw lill-PN. Lil dawk li qegħdin jgħidu... 'issa dawn ma wasalx żmienhom, mhux aħjar inbidlu'... Ngħidilhom mhux hekk għamilna fl-1996. Irqadna taħt Partit Nazzjonalista u qomna taħt gvern Laburista imma ara x'ġara,” kompla jwissi Gonzi.

    “Ħa ngħidilkom oħra ha nagħmlu kuraġġ diġà kien hawn min mar ivvutalna,” qal Gonzi b'referenza li lbieraħ bdew jivvutaw dawk li fid-9 ta' Marzu se jkunu msefrin.

    Busuttil li jekk il-PN se jkunu fil-gvern se jkun 'delegat speċjali' fil-gvern biex jara li ma jkunx hemm elezzjoni oħra fejn ikun hemm nies Nazzjonalisti imweġġgħin. “Jekk hemm weġgħa żgħir nirranġawha imma ejja ma nagħmluhiex weġgħa kbira. Ma nitilfux il-qaleb u l-ġbejna,” qal Busuttil fl-intervent tiegħu fl-Isla.

    Ritratt: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    26