Austin Gatt: “Iż-żejt ma jinxtarax bil-ħbieb tal-ħbieb”

  • Mar 03, 2013 05:03
  • Miktub minn Owen Galea

    “Iż-żejt m’għandu x’jaqsam xejn mal-ħbieb tal-ħbieb,” iddikjara l-Ministru Austin Gatt fil-Parlament f’Marzu tal-2007 meta ffaċċjat b’mistoqsijiet pertinenti li sarulu dwar il-prezz li bih l-Enemalta kienet qiegħda tixtri ż-żejt fosthom jekk kinitx qed tixtrih mill-ħbieb tal-ħbieb bi prezz ogħla minn dak tas-suq.

    Kien id-deputat Laburista Joe Mizzi li fil-5 ta’ Marzu 2007, staqsa direttament lill-Ministru Gatt jekk iż-żejt kienx qed jinxtara mill-ħbieb tal-ħbieb. Huwa rrefera għal diskors li għamel il-Ministru Gatt dwar l-Enemalta u qal li waqt li m’għandu ebda dubju dwar it-tabbella li turi kemm qed nixtru ż–żejt u b’liema prezzijiet, “ilkoll kemm aħna nafu li ma tantx huma daqshekk bċieċen li se jinqabdu b’dan il-mod. Jista’ jkun li jgħidu li ħlew tant u fil-fatt ikunu xtraw ammont inqas... imma ejjew ngħidu li ħadd ma bill subgħajh,” qal id-deputat Laburista.

    Hawnhekk Mizzi jagħmel sensiela ta’ domandi, (fi kliem il-Ministru Gatt retoriċi), li tefgħu dawl dwar korruzzjoni li setgħet kienet għadha għaddejja anke meta Tancred Tabone, li llum jinsab akkużat b’korruzzjoni fix-xiri taż-żejt, kien spiċċa minn Ċermen tal-Enemalta fl-2005.

    Fil-fatt huwa staqsa lill-Ministru Gatt jekk kienx kuntent bil-prezzijiet li bihom konna qegħdin nixtru ż-zejt u jekk dawn kinux l-orħos prezzijiet fis-suq. “Jew inkella xtara b’dawk il-prezzijiet għax iż-żejt xtrah mingħand il-ħbieb tal-ħbieb, bi prezz ogħla minn dak tas-suq? Jew inkella ż-żejt xtrah bl-irkant,” kompla jistaqsi Mizzi.

    Gatt iħossu ddispjaċut

    It-tweġiba tal-Ministru Gatt waslet fit-12 ta’ Marzu, 2007. Dakinhar waqt li ċaħad kull allegazzjoni li saret dwar korruzzjoni fix-xiri taż-żejt, il-Ministru Gatt qal li ħassu ddispjaċut bl-istqarrijiet ta’ Mizzi li qal li kienu motivati aktar minn min beda jgħaddilu l-informazzjoni milli minn knowledge veru tas-suġġett. “Iż-żejt m’għandu x’jaqsam xejn mal-ħbieb tal-ħbieb, li hija cavallo di battaglia li biha tilfu diversi elezzjonijiet. Jekk ma jemminnix kulma għandu bżonn jagħmel hu li jaqbad il-freight papers u jsib tender internazzjonali kif tagħmel l-Enemalta kull sitt xhur għal min irid ibigħilha ż-żejt,” qal il-Ministru Gatt.

    Hawnhekk issemmi proprju t-tliet kumpanija li llum jinsabu fil-qalba tal-iskandlu tal-kummissjonjiet fix-xiri taż-żejt, jiġifieri t-Totsa, it-Trafigura u t-Total. Ir-rappreżentat tagħhom f’Malta kien George Farrugia, il-persuna li ngħata l-maħfra presidenzjali mill-Kabinett tal-Lawrence Gonzi u li skont il-Ministru Gatt innifsu kien ikollu laqgħat regolari miegħu kull tliet xhur.

    Fil-fatt fil-Parlament, Gatt qal li “l-aħħar żejt li xtrajna mingħalija kien mingħand it-TOTSA li hija multinazzjonali. Ġieli xtrajna mingħand it-Trafigura, ġieli xtrajna mingħand it-Total, dawn huma kollha ismijiet li naħseb li l-Onor. Mizzi jafhom, però għal xi raġuni ried jimplika affarijiet oħra,’ żied jgħid il-Ministru Gatt.

    “Staqsiena jekk aħniex kuntenti bil-prezz li qed nixtru, bl-implikazzjoni li suppost m’aħniex kuntenti,” qal Gatt waqt li talab lil Mizzi biex jidhol fl-internet u jfittex il-prezz taż-zejt.

    Nixtruh bl-inqas prezz

    “Jien nista’ nassigura lill-Onor. Mizzi li bil-mod kif ninnegozjaw aħna meta nixtru ż-żejt, nixtruh b’inqas minn dak il-prezz... jiġifieri dawn l-allegazzjonijiet li jinxteħtu hekk, biex inkunu għednihom, naħseb li ma jagħmlu ġieħ lil ħadd,” kien qal il-Ministru Gatt li dak iż-żmien kellu bħala Ċermen tal-Enemalta lil Alex Tranter, il-persuna li aktar tard daħal f’kontroversja sħiħa dwar l-estensjoni l-ġdida tal-power station tal-BWSC hekk kif sar magħruf il-konflitt ta’ interess li kellu meta kien impjegat ukoll f’negozju ma’ Żaren Vassallo, il-kuntrattur li ngħata x-xogħol konness mal-bini tal-powerstation.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8

  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    U Z-ZEJT TELA' FIL-WICC AUST/AG/AUSTIN GATT!!!!! Però lil Aust inehhilu l-kappell ghax mindu l-Kap tieghu u Prim Ministru Gonzi,

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    isthi aust jekk taf tisthi.Mhux ta bxejn li lil-haddiema nehhejtulhom l- extra bonus u l-ikla tal-milied

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Where is the GODFATHER inall this?is our prime minister and some of his ministers so dumb and stupid that they noted nothing was wrong.Citizens want justice to be done because we were taken for a ride.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Jien fuq din tal-iskandlu taz-zejt haga

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Austin Gatt: “Iż-żejt ma jinxtarax bil-ħbieb tal-ħbieb” U zgur li LE....jinxtara mil KUGIN sur Wistin PIPI.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Kull minn ghandu halqu kulhadd jghid li jrid Austin Gatt. Issa drajna u nafu sew l-istejjer tieghek u 'l filosofija li thobb tuza inti. L-aqwa 'l hbieb tal-hbieb Austin naf sew x'qieghed nghid. Emanuel Farrugia - TARXIE

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Igri jitla Joseph u idahhal il whistle blower act halli narawk tirispondi ghal ghemilek dawk il bawxati li had minghalik had ma jaf bihom. Hemm humbat naraw wiccek kif jinbidel u ara kemm sa twahal fdak u fliehor. Time will tell.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Jekk mhux hati ta xejn il-gvern u l'amministrazzjoni hatjin talli kien qed issir dik il-korruzjoni ko

    Irrispondi
  •  

Facebook