Il-Bank of Valletta jappoġġja d-Disa’ Kunċert Annwali ta’ Cliff Zammit Stevens

  • Set 07, 2017 13:39
  • Miktub minn iNews

    Il-Bank of Valletta ħabbar li se jkun qed jagħti l-appoġġ tiegħu lil Cliff Zammit Stevens, li se jorganizza d-disa’ kunċert individwali tiegħu fis-16 ta’ Settembru 2017 fi Pjazza Teatru Rjal fil-Belt Valletta.

    Dan tħabbar matul żjara qasira li għamel is-Sur Charles Azzopardi, Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta, fi Pjazza Teatru Rjal, fejn Cliff jinsab għaddej bil-provi mal-Animae Gospel Choir, li se jkunu l-mistiedna speċjali tiegħu għall-kunċert ta’ din is-sena.

    Charles Azzopardi qal, “Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li naraw lil Cliff Zammit Stevens, tenur b’talent kbir, li aħna ilna nsegwu sa minn meta kien biss student u kien jieħu sehem fil-Mini-Gigs aktar minn għaxar snin ilu. Dak iż-żmien, dawn l-artisti u l-mużiċisti żgħażagħ kienu jżuru l-pjazez tal-irħula għall-għarrieda biex ikantaw xogħlijiet klassiċi.” Meta tkellem dwar il-progress li għamel Cliff, is-Sur Azzopardi qal li t-tenur żagħżugħ ħadem ħafna, b’passjoni u enerġija kbira, biex jorganizza kważi waħdu dawn il-kunċerti annwali, filwaqt li jistudja u jkanta barra minn Malta. “Cliff, li huwa wkoll skular tal-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja, kabbar in-numru tas-segwaċi tiegħu matul dawn l-aħħar snin, permezz tad-diliġenza u l-perseveranza tiegħu. Dawn huma ħiliet li se jservuh tajjeb biex jikber fil-karriera artistika tiegħu.”

    It-tenur li huwa bbażat f’Londra qed jirritorna lura Malta wara sena ferm attiva li matulha għamel kunċerti u ħa sehem f’opri madwar l-Ewropa. Id-dehriet tiegħu kienu jinkludu Le Nozze di Figaro fit-Théâtre des Champs-Élysées f’Pariġi, l-ivvjaġġar madwar ir-Renju Unit bil-produzzjoni ta’ I Capuleti e i Montecchi, u kien il-mistieden speċjali fil-kunċert tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-UE li sar f’Berlin. Waqt li kien f’Malta, huwa ta’ wirjiet ukoll fl-Ambaxxata Amerikana u fil-Palazz ta’ San Anton.

    “Il-mużika hija lingwa universali mingħajr ostakli. Din hija r-raġuni għaliex stedint lill-Animae Gospel Choir, ensemble vokali bbażat f’Malta u li jinkludi wħud mill-aqwa talenti li għandna fil-Gżejjer Maltin, biex jingħaqdu miegħi. Jiena ninsab onorat ħafna u ħerqan biex inkun ma’ dan il-kor bħala l-mistieden speċjali tiegħi għal din is-sena,” ikkummenta Cliff Zammit Stevens. “Għalhekk, il-kunċert ta’ din is-sena se jirrappreżenta ġeneri mużikali diversi li jitħalltu flimkien b’mod armonjuż.”

    Meta tkellem dwar il-parteċipazzjoni tagħhom, Christian Borg, il-Maniġer u l-keyboardist tal-Animae Gospel Choir spjega li, “Il-Kor, li jaf il-bidu tiegħu fl-2008, bħalissa huwa magħmul minn 21 membru fit-tim ta’ kantanti tal-mużika ‘gospel’. Kif jixhed l-isem tal-Kor, il-Kor jiffoka fuq mużika ‘soul’ li hija spiritwali u tippromwovi l-pożittività. Ninsabu ħerqanin ħafna dwar xi wħud mill-biċċiet li se nkunu qed inkantaw mal-MPO. L-isfond innifsu ferm suġġestiv tat-Teatru Rjal se jikkontribwixxi wkoll għal esperjenza verament unika, fejn l-udjenza se tħossha verament parti mill-esperjenza mużikali.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook