MAPFRE MSV Life tniedi Xahar ta’ Kuxjenza fuq l-Assigurazzjoni tal-Ħajja

  • Set 07, 2017 09:09
  • Miktub minn iNews

    MAPFRE MSV Life, il-kumpanija ewlenija lokali għall-assigurazzjoni tal-ħajja, qed terġa’ tiddedika x-xahar ta’ Settembru għall-Kampanja ta’ Kuxjenza fuq l-Assigurazzjoni tal-Ħajja. L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li jiżdied l-għarfien pubbliku fuq il-benefiċċji u l-importanza tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

    Is-Sur Michael Galea, Uffiċjal Ewlieni għall-Iżvilupp tan-Negozju ta’ MAPFRE MSV Life, spjega li: “Filwaqt li kulħadd għandu ċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu, ilkoll kemm aħna neħtieġu li nassiguraw ħajjitna fl-istadji differenti tagħha. Ir-riċerka turina ċar li numru sinifikanti ta’ Maltin mhumiex assigurati jew m’għandhomx assigurazzjoni xierqa għaliex il-maġġoranza tal-popolazzjoni Maltija tuża l-assigurazzjoni tal-ħajja sempliċiment biex tkopri s-self finanzjarju tagħha”. Kompla jispjega li “ħafna minn dawk li m’għandhomx polza tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandhom idea ħażina fuq kemm tiġi tiswiehom, tant li aktar minn 80% minnhom jaħsbu li tiswa ferm aktar minn kemm fil-verità hi.”

    Għalhekk, MAPFRE MSV Life għal darb’oħra nediet din il-kampanja pubblika biex iġġib ’il quddiem l-importanza tal-ħarsien li toffri l-assigurazzjoni tal-ħajja u biex turi li mhix għalja biex tagħmilha daqskemm wieħed jista’ jaħseb. Il-kampanja tqabbel l-ispiża ta’ kuljum fuq l-assigurazzjoni tal-ħajja ma’ dak li nonfqu ta’ kuljum, bil-ħsieb li tgħin lill-pubbliku jifhem li jista’ jaffordja jkollu polza tal-assigurazzjoni tal-ħajja; ħaġa tant importanti għax toffri serħan il-moħħ f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzi għall-ħajja.

    L-assigurazzjoni tal-ħajja għandha tkun il-bażi tal-pjan finanzjarju ta’ kull individwu għax tħares lil dak li jkun f’kull stadju ta’ ħajtu. Hija l-uniku strument finanzjarju li joffri benefiċċju immedjat, bla taxxa, għall-mewt.

    Is-Sur Galea żied li “bħala kumpanija ewlenija tal-assigurazzjoni tal-ħajja f’Malta, MAPFRE MSV Life trid tkun proattiva. Qed toħloq kuxjenza fost il-Maltin fuq il-ħtieġa ta’ din l-assigurazzjoni li għandha tkun l-għażla ta’ kulħadd għax tiggarantilek il-ġejjieni tal-familja u tal-maħbubin tiegħek. MAPFRE MSV Life għandha firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-assigurazzjoni għall-ħtiġijiet ta’ kull individwu u negozju biex kemm jista’ jkun toffri l-aqwa ħarsien possibbli lill-klijenti tagħha”.

    MAPFRE MSV Life p.l.c. hi awtorizzata mill-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji biex tmexxi negozju fit-tul skont l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni (1998). 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook