Marċ tradizzjonali ta' nofsinhar fl-Imqabba

  • Set 06, 2017 13:30
  • Miktub minn iNews

    Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2017, il-Banda Madonna tal-Ġilju ser tagħmel il-Marċ Tradizzjonali magħruf bħala l-"Marċ ta' Nofs inhar", nhar il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju, nhar il-Ħadd 24 ta' Settembru. Dan il-Marċ jibda' fis-1 p.m quddiem il-bini tal-Każin tas-Soċjeta' Mużikali Madonna tal-Ġilju, li jinsab fil- Pjazza ewlenija tal-Imqabba u jsegwi din ir-rotta: Triq il-Parroċċa, Fjuri, Parroċċa, Valletta, Lanġasa, San Bażilju għall-pjazza ta’ quddiem il-Każin tas-Soċjeta'. Il-marċ jilħaq il-qofol tiegħu bil-briju tal-Partitarji hekk kif minn quddiem il-Każin jissokta għal Triq id-Duluri u jdur lura għal quddiem il-Muniċipju tal-Kunsill Lokali, għal Triq il-Parroċċa (magħrufa bħala t-Triq tan-Nofs) u l-Pjazza tal-Knisja b’konklużjoni quddiem il-Każin. Aktar informazzjoni fuq www.talgilju.com.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook