Il-PN dejjem għamel l-aħjar għażliet għall-pajjiż

  • Mar 02, 2013 12:13
  • Miktub minn

    Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi qal li matul din l-aħħar ġimgħa ta' kampanja elettorali huwa importanti li l-PN joħroġ il-messaġġ tiegħu bl-aktar mod ċar aktar minn qatt qabel. Gonzi qal dan waqt intervista li xxandret fuq Radio 101.

    Huwa sostna li l-mistoqsija li riedu nwieġbu hi kemm pajjiżna se jibqa' jkun pajjiż li fil-futur joħloq ix-xogħol. “Imma issa wara dan l-istorbju min se joħloqilna l-aktar xogħol? It-tweġiba għal dan huwa l-gvern li fl-aħħar leġislatura ħoloq 20,000 post tax-xogħol,” qal Gonzi.

    “Il-messaġġ tagħna lil dawk li se jivvutaw hija aħsbu fil-futur, “ żied il-Kap Nazzjonalista. Huwa qal li Joseph Muscat matul din il-leġislatura tah pariri ħżiena. "Iimma s'issa bħala Kap tal-Oppożizzjoni għandu l-lussu li jekk jiżbalja ma jkun ġara xejn jekk ikun Prim Ministru ma jkollux aktar dan il-lussu,” kompla Gonzi.

    Gonzi qal li matul l-aħħar leġislatura l-PN naqqas il-piż tat-taxxi, l-income tax u inċentiva l-investitutri. Gonzi saħaq li x-xogħol ma jiġix mix-xejn.

    Huwa qal li l-ħaddiem Malti għandu l-inqas piż ta' taxxa mill-ħaddiema kollha fl-Unjoni Ewropea. Gonzi elenka wkoll numru ta' proposti li hemm inklużi fil-programm elettorali Nazzjonalista.

    “Bħal-lum ġimgħa l-poplu jagħżel lil min se jkun qiegħed jiggverna l-pajjiż għal ħames snin li ġejjin. L-elezzjoni tirbaħha biss jekk inti tirbaħ il-fiduċja tan-nies. Il-PN qiegħed hawn biex iservi,” kompla Gonzi filwaqt li qal li l-PN dejjem għamel l-aħjar għażliet għall-pajjiżna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    Anki li talaq it tarzna kinet lahjar ghazla huwx!!?? Minflok rajt kif ghamilt biex tqajima fuq siqqa, il problema fil managment kinet mux il haddiema!! Ijlek tajat bijom

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    Sewwa qed tghid ukoll li ghamiltu l ah

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Sur Gonzi jider fic car li lil ta qablek sa tadih fil gideb u muhx bi ftit. Tita timla faccata ta ktieb bi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    u Zguuurrrrr ! Zieda fil-paga tieghek u tal-minestri....arriva....smart city...white rocks....musew tal-kon katidral....power station tal-marsa...deficit daqshekk...dejn.....car parks....st phillips....divorzju.......jekk hallejt x'hi haga barra skuzani

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Bhal xix bhal kif tahdem il power station bil HFO? Kienet tajba ghalikom imma Gonz

    Irrispondi
  •  

Facebook