“Jean de Valette: His Sword and Dagger” … Taħdita minn Kuratur Anzjan tal-Mużew ta’ Louvre

  • Set 04, 2017 15:45
  • Miktub minn iNews

    Il-Kuratur Anzjan tad-Dipartiment tal-Oġġetti tal-Arti fil-Mużew ta’ Louvre f’Pariġi, is-Sur Philippe Malgouyres, se jesplora u jispjega s-sinjifikat u l-prestiġju tax-Xabla u s-Sejf ta’ De Valette f’taħdita bit-titlu, ‘Jean de Valette: His Sword and Dagger’ li se ssir fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. 

    Is-Sur Malgouyres jieħu ħsieb oġġetti tal-bronż, avorju, ħaġar prezzjuż, armi u korazzi (15-18-il seklu) li jinsabu fil-Mużew tal-Louvre. Hu tħarreġ fl-Akkademja Franċiża f’Ruma (Villa Medici) u jispeċjalizza fl-arti Taljana u Spanjola, l-aktar skultura, arti dekorattiva, antropoloġija reliġjuża u prattiċi devozzjonali. Huwa kiteb ukoll għadd ta’ kotba kif ukoll ħa ħsieb numru ta’ wirjiet li saru fil-Mużew tal- Louvre u f’mużewijiet oħrajn fi Franza.

    Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija ospita l-wirja dwar is-sejf ta’ de Valette għal dawn l-aħħar sitt xhur. Dan is-sejf, misluf apposta għal din il-wirja mil-Louvre, irritorna f’pajjiża għall-ewwel darba mill-1798. 

    It-taħdita, ‘Jean de Valette: His Sword and Dagger’, se ssir nhar il-Ħamis 7 ta’ Settembru fil-Gran Salon tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. It-taħdita tibda fis-6.30pm u wara jkun hemm bibita. Id-dħul huwa b’xejn.

    Għal iktar tagħrif dwar Heritage Malta żur il-website, www.heritagemalta.org

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook