Aġġornat: Gonzi jwissi kontra l-bidla... Muscat jemfasizza d-differenza

  • Mar 01, 2013 21:54
  • Miktub minn Victor Vella

    F'dak li żviluppa bħala wieħed mill-inqas dibattiti interessanti tal-kampanja elettorali ma' ħareġ xejn ġdid. Filwaqt li Lawrence Gonzi tkellem dwar is-suċċessi tal-gvern tiegħu, Joseph Muscat ta x'jifhem li hu jkun Prim Ministru responsabbli u li ma jistax iwiegħed li se jsolvi kollox f'ħames snin.

    Id-dibattitu fetaħ b'mistqosija dwar x'jaħseb meta jgħidulu futur fis-sod, bil-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal: "Dan jista' jseħħ biss jekk Malta tkun tagħna ilkoll. Fid-9 ta' Marzu hemm għażla ċara, biex nibdew kapitlu ġdid. Dan il-gvern għamel it-tajjeb u kellu l-iżbalji ukoll. L-għan tagħna hu li nkomplu nibnu fuq it-tajjeb, u jkollna pajjiż fejn mhux jgħodd lil min taf imma x'taf. Ma jkunx pajjiż ta' nofs poplu imma jkun ta' kulħadd. F'dawn il-ħames snin kien hemm waqtiet li ħdimna flimkien b'mod ġenwin u naħseb li din trid tkun ir-regola u mhux l-eċċezzjoni."

    Meta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi, ġie mistoqsi x'jifhem b'Malta tagħna Ilkoll, qal li "nifhem l-iskola l-ġdida li ftaħna f'Tal-Ħandaq. Nifhem il-park tal-familja f'Wied il-Għajn li minn miżbla bdilnieh f'attrazzjoni. Malta tagħna Ilkoll tfisser li nsibu x-xogħol, il-mediċini u l-edukazzjoni."

    Dwar x'jifhem bil-kelma 'bidla', il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-bidla hi essenzjali biex tibqa' rilevanti u nimxu 'l quddiem. "Bidla għall-aħjar u għax hemm bżonnha. Naħseb li wasalna f'punt storiku għax issa mhix dwar għażla ta' gvern iżda dwar għażla fi stil ta' politika. Il-poplu jrid kampanja pożittiva li ma tkunx ibbażata fuq fatti," sostna Muscat.

    Min-naħa tiegħu Lawrence Gonzi qal li l-Partit Nazzjonalista huwa awtur tal-bidla. "Għalfejn għandi nbiddel id-direzzjoni? Inbiddel fejn stajt żbaljajt - kollox sew. Il-bidliet iridu jsiru għall-aħjar u mhux għall-agħar," sostna l-Prim Ministru.

    F'din il-parti tad-dibattitu Joseph Muscat enfasizza li "għal ħdax-il xahar konsekuttiv kellna żieda fil-qgħad. Jumejn ilu qal li ż-żgħażagħ qed jaħdmu, iżda dawk bla xogħol jammontaw għal ftit aktar minn 4,000. Ix-xogħol hu ċ-ċentru ta' kollox iżda bħalissa mhux jinħoloq. Hawn setturi fejn qed jinħoloq xogħol tajjeb, iżda hemm postijiet oħra fejn mhux jinħoloq xogħol jew dan qed ikun ta' kwalità inferjuri."

    Wieġeb il-Kap Nazzjonalista u qal li "Muscat stess żar fabbriki u ra x-xogħol kif żdied b'għajnejh. Naturalment m'hawnx kollox ward u żahar. Hemm il-qasam tal-ICT li qed jikber. L-avjazzjoni, inti mort l-SRT, u din infetħet tliet snin ilu. Magħna il-poplu jaf fejn hu qiegħed".

    Ix-xogħol jiddomina

    Wieġbu lura l-Mexxej Laburista u qal: "veru mort l-SRT u ltqajt mal-ħaddiema u wrewni ittri li Dr. Gonzi daħak bihom. Ma ltqajtx ma' ħaddiema allavolja fittixthom, kien meta mort fi Smart City. L-istatistika maħruġa mill-entitatjiet pubbliċi juru li għal 11-il xahar l-ammont ta' qgħad qiegħed jiżdied. Jekk ma tirrikonoxxix m'intix qiegħed fl-istadju biex issolviha."

    Minn naħa tiegħu Gonzi qal li "kburi li fl-aħħar snin ħloqna 20,000 impjieg. Ma naqbilx li tħalli t-tarzna miftuħa. Jien li biddilt u t-tarzna ma baqgħetx ittellef il-miljuni. Jien naħseb li din il-bidla hi tajba u inti fl-opinjoni tiegħek mhix tajba. Jien ma naqbilx miegħek.

    Il-Mexxej Laburista fakkar li l-problema tat-tarzna ma bdietx f'Marzu 2008. Hawn kien iebes mal-Prim Ministru u fakkar fl-ittra li fiha kien kiteb li jekk jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista l-post tax-xogħol tagħhom hu assigurat. "Dħakt bihom. Hi diżonesta politika kbira, li taf li l-problema ma bdietx wara t-8 ta' Marzu u int tajthom assigurazzjoni u dħakt bihom," qal Muscat.

    Il-Mexxej Laburista fisser kif kontijiet tad-dawl orħos ifissru aktar flus fil-but u li l-ekonomija terġa' tibda ddur. Qal li hemm bżonn bidla fid-direzzjoni għax ir-riforma tat-trasport saret ħażin. "Il-bidla fid-direzzjoni hemm bżonnha biex in-nies ma jibqgħux jistennew fil-kurituri tal-isptar Mater Dei. Saru avvanzi fl-isptar iżda dan l-isptar diġà sar żgħir. Qed nipprovdu l-garanzija għaż-żgħażagħ ta' taħriġ, edukazzjoni u xogħol. Bidla fid-direzzjoni, biex meta nieħdu sehem f'dibattitu bħal dan ma jkunx fejn kollox tajjeb jew kollox ħażin. L-akbar bidla hi fil-mentalità u li ma nibqgħux naħsbu bil-kulur tal-uċuh iżda x'jafu u mhux lil min jafu," qal Muscat.

    Gonzi wieġeb bl-importanza li l-piż tat-taxxa jkun wieħed baxx: "Ix-xogħol f'pajjiżna jinħoloq jekk inżommu l-piż tat-taxxi baxx. Fil-programm qed ngħidu 215-il miljun għat-turiżmu. €100 miljun għall-industrija. Qed nikkommettu €1.1 biljun li ġibna b'negozjati li għamilna. Oħloq ix-xogħol u mbagħad l-affarijiet l-oħra jiġu kollha f'posthom."

    Tbassir

    Joseph Muscat fisser kif anke l-Bank Ċentrali ta' Malta li qal li r-rata ta' tkabbir se tkun ta' 1.6 fil-mija. Dan meta l-gvern qiegħed jgħid li se tikber bi 2.3 fil-mija. Gonzi rreaġixxa billi qal: "Qed nitbissem nisma' lil Dr. Muscat jitkellem għax dwar li l-Bank Ċentrali qal li l-ekonomija se tikber biss 1.6 fil-mija. Anki jekk jiġri dan, hu suċċess kbir għax l-ekonomija ta' pajjiżi kbar qed jiċkienu. Ħadt id-deċiżjonijiet u tlift ftit jew ħafna mill-popolarità. Nippreferi dan milli bil-ħaddiema jitilfu x-xogħol. Irrid norqod b'moħħi mistrieħ li għamilt ħilti kollha biex noħloq ix-xogħol."

    Kien fit-tielet parti tad-dibattitu li Muscat, f'dikjarazzjoni li spikkat qal: "Mhux bi ħsiebni nidħak bin-nies u dak li ma sarx f'erbgħin sena ma jistax isir f'ħames snin." Dan b'referenza għall-pensjonijiet u l-anomaliji li hemm, fejn Muscat fisser kif gvern ġdid jibda jindirizzahom.

    Mistoqsijin min se jirbaħ l-elezzjoni, iċ-Ċerpersin tal-Alternattiva Demokratika, Michael Briguglio qal: "Ma nafx min se jirbaħ u l-polls juru li l-Moviment Laburista hu fuq quddiem, imma it-tiġrija hi sal-barkun. B'2,000 vot f'distrett nistgħu ntellgħu kandidat tal-Alternattiva Demokratika fil-Parlament."

    Il-Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal: "Ix-xewqa tiegħi hi li jirbaħha l-poplu Malti kollu. Kulħadd se jivvota skont ix-xewqa u l-idea tiegħu. Il-ħidma minn naħa tiegħi jekk ningħataw il-fiduċja, se tkun li l-gvern ikun tal-poplu kollu. Il-poplu jkollu rasu mistrieħa li għandu gvern li se jistma lil kulħadd l-istess. Fid-9 ta' Marzu mhix elezzjoni bħal oħrajn iżda hi elezzjoni li biha nistgħu nkissru l-politika tal-passat. Kien privileġġ għalija li ħdimt mal-Prim Ministru u faċċata tiegħu u naħseb li wara d-9 ta' Marzu, il-messaġġ li għandu jasal hu li l-poplu ddeċieda u qegħdin hemm biex naħdmu flimkien."

    Minn naħa tiegħu Gonzi qal li "se jirbaħ dejjem il-poplu. Kburin ukoll b'din il-gżira. Kburi li jien twelidt f'dan il-pajjiż."

    Iktar qabel: Illejla, f'Xarabank, reġgħu qegħdin jiltaqgħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi u l-Mexxej Laburista Joseph Muscat. Sa issa d-dibatitu ffoka fuq diversi temi, fuq quddiem nett il-ħolqien tax-xogħol. Filwaqt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi jisħaq li nħolqu 20,000 impjieg, il-Mexxej Laburista spjega kif għall-ħdax -il xahar konsekuttiv żdiedet ir-rata ta' persuni bla xogħol. Sa issa l-messaġġi ta' Lawrence Gonzi kienu ddominati mill-appell biex il-poplu ma jmurx għall-bidla, filwaqt li Joseph Muscat emfasizza l-proposti tal-Partit Laburista fosthom il-pjan għall-enerġija li għandu jwassal għal roħs fil-prezzijiet tal-enerġija.

    Hekk kif il-Prim Ministru sostna għal iktar minn darba kemm kienet deċiżjoni tajba li tingħalaq it-tarzna, Muscat fakkar lill-Prim Ministru li kien hu stess li kiteb lill-ħaddiema tat-tarzna u wegħdhom impjieg garantit.

    Ritratt: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 15

  •  
    anonimu
    Mar 01, 2013

    Al voti u anke ruhu ibih Dr Gonzi bhalisa!!!!! Zmienek ghamiltu u isa skadejt, warab u halli l post ghall prodott frisk u genwin Dr Gonzi Grazzi tax xoghol kollhu li hlaqt u ghamilt ima em bzonn bidla!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 01, 2013

    Ma nahsibx illi Dr.Muscat qed ikollu hin biex jitkellem daqs kemm qed ikollu Dr. Gonzi.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 01, 2013

    Jien ma nistax nifhimha din ta' 20,000 impieg f'5 snin! Jekk wiehed jaghmel kuntratt ta' xoghol ghal 6 xhur, u mbaghad jispicca, u dak l-istess xoghol jinghata lil haddiehor, dawk jghoddu 2 impiegi?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 01, 2013

    Bidla irrid il-pajjiz ghax hemm bzonna, baqa 5 tijiem ohra u igri tasal sur Gonzipn, anke il-partit tieghek wkoll se inehhiek min kap, min jaf kemm se jorok idu il-Busuttil biex jilhaq hu u jehles minnek darba ghal dejjem

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    QOROB SEW JUM L ELEZZJONI TIBDA TIELA L PRESSJONI MELA EJJEW NIEHDU AZZJONI BIEX TINQERED DIL KOREZZJONI MELA F JUM IL VOTAZZJONI GHARBLU SEW IS SITWAZZJONI AHSBU SEW U SERJAMENT IVVUTAW TAL PL IL MOVIMENT

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    MELA IL BIERAH KIEN HEMM IT TIBDIL TAL MUGS U JEKK ALLA JRID GIMGHA OHRA JKELLNA TIBDIL FIL GVER

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Fra 03, 2013

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    meta ogget jiskadi ma ikunx tajeb iktar alura jiskadi u joqod attent ax ake min kap itajruh

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    Ha nivvota kontra il-Partit nazzjonalista, u ha nivvota bil-qalb.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    L. Gonzi mistoqsi xi tfisser ghalih 'Malta taghna lkoll" qal li jfisser, fost affarijiet ohra Il-Park tal-Familja f'Wied il-Gha

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    Mela skont GonziPN MALTA TAGHNA LKOLL tfisser, fost affarijiet ohr, il-Park tal-familja f'Marsaskala. Tajba wkoll

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    Mela skont il-Prim Ministru ta din l-art helwa li Malta Taghna Lkoll ifis

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    Dejjem b'xi wah

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    Propju minhaba li l-Park tal-Familja f'Marsaskala li mhux qed nemnek sur Prim Ministru. Taf ghaliex? Ghax dak li qed tghidulu Park tal-Familja mhux hag'ohra

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    Fis-swajf li ghadda, ahna li noqoghdu vicin l-impjnt ma stajniex inhallu tieqa miftuha minhabba l-ghadd kbir ta nemus li kellna.

    Irrispondi
  •  

Facebook