L-Avukat Patrick Spiteri jilmenta li fil-Ħabs ma jistax jaħdem fuq id-Difiża tiegħu nnifsu

  • Aww 25, 2017 19:00
  • Miktub minn iNews

    L-Avukat Patrick Spiteri, li nġieb f’Malta mill-Ingilterra permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ddikjara fil-Qorti li fil-Ħabs ma jistax jaħdem fuq id-Difiża tiegħu.

    Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, Spiteri xehed li għandu bżonn il-kontroll tad-dokumentazzjoni kollha. Huwa qal li għandu iżjed minn 400 kaxxa dokumenti li huma mifruxin parti fil-Qorti u parti oħra fil-proprjetà tiegħu, issa maqbuda mill-bank HSBC, fi Gwardamangia. 

    Spiteri kien arrestat fir-Renju Unit f’Mejju li għadda fuq talba tal-awtoritajiet Maltin permezz tal-proċedura tal-mandat ta’ arrest Ewropew biex jiffaċċja diversi każi ta’ frodi u miżapropprjazzjoni li l-valur komplessiv tagħhom jaqbeż is-€7.4 miljun.

    Huwa qed jinżamm taħt arrest preventiv, bil-Maġistrat Josette Demicoli qed tisma’ s-sottomissjonijiet biex il-Qorti tiddeċiedi fuq it-talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. 

    Qal li hemm mat-98 kaxxa fil-Qorti li jinkludu dokumenti mill-uffiċċju tiegħu meta kien jipprattika bħala avukat u ingħata aċċess għad-dokumenti permezz ta’ digriet maħruġ mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera iżda mhux li jeħodhom fil-Ħabs.

    Minbarra dawk il-kaxxi, hemm mat-300 kaxxa oħra li jinsabu fi propjeta’ li kienet tiegħu fi Gwardamangia. Patrick Spiteri spjega li sakemm marad fl-2013, dawn id-dokumenti kienu maħżuna b’mod organizzat u dettaljat, iżda wara li l-bank HSBC ħa l-pussess ta’ din il-propjeta’ fl-2015, dawn id-dokumenti ġew imferrxa u mħawwda.

    Qal li mill-11 ta’ Awwissu sal-lum għamel ħames visti l-Qorti u eżamina 28 kaxxa. “Fil-ħabs ma nistax naħdem sew għax m’għandhiex aċċess għad-dokumentazzjoni. Fid-diviżjoni tiegħi hemm l-għajjat u kulħadd ipejjep. Il-foga tas-sigaretti nħossha fuqi u tikkaġunali wġigħ ta’ ras u tbenġil fil-ġilda. Fiċ-ċella hemm sħana tremenda u l-bini huwa antik. Kieku ningħata l-ħelsien mill-arrest, inkun qiegħed viċin ħafna tal-uffiċċju tiegħi.”

    Kien hawn li Spiteri sostna li fil-ħabs huwa impossibbli li jaħdem fuq id-Difiża tiegħu. 

    Il-każ ikompli nhar it-13 ta’ Settembru għall-ħabta tad-9.30 a.m.

    Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Assistent Kummissarju Ian Abdilla.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook