RITRATTI: “Barra mhux tiegħi, u nħammeġ kemm irrid u kemm jogħġobni” … Messaġġ mill-Kunsill tal-Imtarfa li ma jħalli lok għall-ebda diskussjoni

  • Aww 25, 2017 18:14
  • Miktub minn iNews

    “Barra mhux tiegħi, inħammeġ kemm irrid u kemm jogħġobni u għala biebi mill-Kunsill u mill-kumplament tar-residenti ta' madwari!” Dan kien il-messaġġ elokwenti li ttella' mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa hekk kif ippubblika ritratti meħudin minn filmat ta' kamera tas-sigurtà li juru lil numru ta' residenti jiddisponu mill-iskart tagħhom mhux biss b'mod illegali u li jkerrah il-lokalità, iżda b'mod li juri nuqqas kbir ta' rikonoxximent lejn ħidmet il-Kunsill li jagħmel minn kollox biex iżomm il-lokalità nadifa.

    Minkejja li huwa evidenti li ħadd ma jista' jiddisponi mill-iskart tiegħu b'dan il-mod, wieħed mir-ritratti ppubblikati juri munzell impressjonanti ta' skart li jħallik issummat u thewden jekk l-edukazzjoni fost uħud miċ-ċittadini hijiex miexja fuq l-istess pass tal-progress li qed jesperjenza pajjiżna f'dan il-perjodu. “Bla kuxjenza u bla rispetti!!” temm jgħid il-messaġġ tal-Kunsill. Messaġġ li dwaru żgur li mija fil-mija jsib kunsens fost il-biċċa l-kbira tan-nies.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0