“Għandna sitwazzjoni fejn id-droga fil-ħabs hi xi ħaġa normalissima” …Rabja kbira fost il-priġunieri fil-Ħabs ta' Kordin

  • Aww 13, 2017 08:00
  • Miktub minn iNews

    “Mifnijin bil-burokrazija. Għandna sitwazzjoni fejn id-droga fil-ħabs hi xi ħaġa normalissima. Tkellem ma’ min hu midħla ta’ dak li qed isir u jgħidlek kif anke id-drogi sintetiċi daħlu bil-ħabs”. “Meta se nirranġaw il-kwistjoni tal-Karta tal-Identità għall-ħabsin. Issib li meta xi ħadd jinħareġ mill-ħabs irid imur għal Karta tal-Identità l-Qorti u imbagħad apparti li dan ikun b’ta’ fuqu senduqu, mill-qorti jgħidulu li jrid jagħmel rikors biex tingħatalu l-karta tal-identità. Dawn khux kollha spejjeż żejda u burokrazija żejda? Jekk ħareġ b’ta’ fuqu senduqu, kif se jħallas għar-rikors?” 

    Dan sostnewh għadd ta’ voluntieri li b’mod regolari jżuru ħabsin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Fi kliemhom stess hemm rabja kbira fost il-priġunieri fejn mhux jeskludu li s-sitwazzjoni tista’ tispiċċa teskala, fejn ftit jiem ilu kellha tiġi ordnata “lock down’ u l-ebda priġunier ma tħalla joħroġ miċ-ċella.  L-istess voluntiera qed jilmentaw bil-kbir mill-problema ta’ droga, b’mod partikolari droga sintetika. Fi kliem wieħed mill-voluntiera, ‘saret l-ordni tal-ġurnata li tara l-effetti tad-drogi sintetiċi fuq il-ħabsin’.

    Sorsi li tkellmu magħna qalulna li “jiddispjaċina ngħidu li fil-ħabs hemm sitwazzjoni li dejjem qed narawha tmur għall-agħar. Qed naraw li s-sitwazzjoni qed teskala. Ma rridux li jinqala’ inkwiet u hemm bżonn li ttieħed azzjoni biex ċertu problemi forsi jissolvew. Mhux se nitkellmu fuq is-sħanat kbar li hemm biss. Hemm sitwazzjoni fejn jaqbel li jitranġaw għal kulħadd b’mod partikolari għal dawk li jkunu għadhom kif ħarġu mill-ħabs”.

    L-istess voluntier jgħidilna li “qegħdin f’sitwazzjoni redikola fejn min ikun daħal il-ħabs, il-karta tal-identità tiegħu tinżamm il-Qorti. Issa immaġina, għandna għadd ta’ ħabsi li meta joħorġu ikunu bla saqaf fuq rashom. Dawn joħorġu bla flus mill-ħabs. Jispiċċaw ikollhom imorru l-Qorti għall-karta tal-identità. Biss hemmhekk ma jtuhielhomx jekk ma jagħmlux rikors. Il-mistoqsija hi minn fejn se jġibu €50 biex jagħmlu rikors. Għadu kif kellna każ ftit jiem ilu, ħabsi li ħareġ bla flus xejn u spiċċa intalab €50 għal rikors. Imnalla sab avukat li ħenn għalih u għamillu r-rikors. Il-karta tal-identità għal dawn in-nies hi importanti ħafna għax biha jrid japplika biex jieħu l-benefiċċji.  Din burokrazija żejda li minnha mhu jbati ħadd ħlief il-ħabsin.”

    L-istess voluntier jgħidilna li “soluzzjonijiet hemm fosthom dik li l-karta tal-identità tinżamm il-ħabs u tingħatalhom kif jiġu biex joħorġu.”

    Itenni li “nista’ ngħidlek li ftit jiem ilu saret lock down fil-ħabs. Dan għax kienet qed tinħass li s-stiwazzjoni qed teskala. Hemm sħana enormi. Is-sitwazzjoni tal-ikel qed turta u ddejjaq lil għadd ta’ ħabsin. Hemm sitwazzjoni fejn għandna konsulent speċjalizzat fis-sigurtà li hu Amerikan imma imbagħad fil-ħabs issib id-droga pjuttost regolari. Hu ċar li d-droga sintetika daħlet sew ħafna fil-ħabs

    Min hu responsabbli biex ma ngħatax il-pilloli tal-kliewi?

    L-istess voluntier li tkellem magħna qalilna li “għandna quddiemna wkoll il-każ serjissimu ta’ dak il-priġunier li ingħata kilwa iżda fil-ħabs ma tawhx il-mediċina. Xi ħadd hu responsabbli għal dan? Agħar minn hekk, hu minnu li ma saritx inkjesta dwar dan in-nuqqas?  Hawnhekk għandna każ fejn kellna persuna li meta daħlet il-ħabs ħadet il-pilloli magħha. Ovvjament hu ma jistax iżomm il-pilloli u dawn jittieħdu fl-infermierija imbagħad suppost imorru fil-ħin indikat u jtuhomli.  Meta staqsa għalihom qalulu li spiċċaw. Dan kull ma tilef kien biss tlett dożi. Tilef ukoll injezzjoni. Mar l-istpar u sar jaf li l-kilwa kienet spiċċat. Xi ħadd kien għamel sagrifiċċju enormi u taħt kilwa u dan l-att ittraskurajnieh. Allura għal dan ħadd mhu responsabbli? Issa r-riżultat hu li jrid imur għal ħames sigħat fuq il-magna tal-kliewi.  Issa dan hu persuna li qiegħed f’ċella oħra ma’ priġunier ieħor fi sħana tremenda u ma jistax jixrob ħafna ilma u ma jistax jiekol ħlief tiġieġ.”

    Il-Ministru għall-Intern, Michael Farrugia, f’kummenti mal-ġurnalist tagħna qal li “fil-ħabs għal snin twal kien hemm problema ta’ droga u diversi affarijiet jidħlu l-ħabs meta mhux suppost. Id-differenza llum qed neħduha b’iżjed serjetà u se nħarsu ‘l quddiem biex naraw il-passi kollha li hemm bżonn li jittieħdu biex tiżdied is-sigurtà, mhux biss riżorsi umani, iżda anke ta’ tagħmir li għandek bżonn biex tkun tista’ tagħmel xogħlok tajjeb.”

    Jiġu ċċekjati dwar affarijiet li mhux suppost jidħlu.

    Tenna li “qed issir ħidma biex mhux biss ikunu ċċekjati dawk li jidħlu l-ħabs, qraba tagħha iżda wkoll fuq Uffiċjali tal-Ħabs, se nkun qed ninsisti li l-efnasi trid tkun fuq l-Uffiċjali tal-Ħabs. Jekk ikun hemm uffiċjal tal-ħabs li b’xi mod jew ieħor ikun qed jgħin fid-dħul ta’ affarijiet li huma lleċti fil-ħabs se nkunu qed nassiguraw li jittieħdu l-iktar passi severi kontra dik il-persuna, li mhux biss jinstabu jitlef xogħlu iżda se naħdmu mas-setur tal-ġustizzja biex naraw li l-pieni tagħhom jingħataw ikunu l-iktar ħorox.”

    Qal ukoll li “tajjeb li nħarsu lejn diversi hotspots li jirrigwardja l-ħab. Qed jiġu identifikati dawn il-hotspots u se nkunu qed nieħdu deċiżjonijiet biex naraw li l-abbuż minn ċertu persuni jkun qed jitnaqqas b’mod sostanzjali iżda ma rridux nieqfu hemm. Aħna mhux biss irridu nwaqqfu iżda ngħinu lill-priġunieri bil-problema tad-droga, jekk jista’ jkun inkunu f’sitwazzjoni li persuna meta tidħol ngħinhuh. Għal din ir-raġuni, se nkunu qed inwaqqfu unit ta’ professjonisti minn setturi differenti biex jgħinu lill-priġunieri, lill-qraba tagħhom u anke lill-vittmi. Dan se jkun pjan ħolistiku fejn filwaqt li ssir il-ġlieda biex ma jiddaħlux affairjiet lleċti ġewwa l-ħabs iżda min-naħa l-oħra rridu wkoll nagħmlu s-sehem tagħna biex naraw l-benesseri tal-ħabsin, qrab u l-vittimi tingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa. Il-ħabs irriduh bħala post ta’ rijabilitazzjoni. Qed inħarsu lejn esperjenza barra mill-pajjiż, mhux biex nikkuppjawhom iżda biex naraw kif nistgħu nadattawhom għal stiwazjonijiet ta’ pajjiżna u naraw li l-ħabsin meta joħorġu jkollhom ksills neċċssajru u kwalifiki biex meta joħorġu jkunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol għax ma jkunux ħlew il-perjodu li għamlu fil-ħabs iżda utilizzawh biex jimxu ‘l quddiem u jqumu fuq saqajhom.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook