“Minn speċjalista tal-prosthetics darba kull sitt ġimgħat għal espert dejjem f'pajjiżna”

  • Aww 12, 2017 14:46
  • Miktub minn iNews

    Fil-ġimgħat li ġejjin fl-Isptar San Luqa se jkun qiegħed jinfetaħ ċentru ġdid għall-Orthotics u Prosthetics. Dan iċ-ċentru ġdid huwa parti mill-proġett bejn il-Gvern Malti u l-Vitals Global Healthcare.

    F’kummenti li ta d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt li żar ix-xogħlijiet fuq binja ġdida fl-Isptar San Luqa, qal li f’pajjiżna hawn madwar 14,000 pazjent li kull sena jagħmlu użu miċ-Ċentru tal-Orthotics u Prostehtics. Iċ-ċentru preżenti li wkoll jinżamm fil-kumpless tal-isptar San Luqa ilu li nbena mis-snin disgħin u ma jlaħħaqx mal-ħtiġijiet tal-lum.

    “F’dak li għandu x’jaqsam Prosthetics, fil-preżent darba kull sitt ġimgħat jasal speċjalista minn barra li matul ħmistax-il ġurnata jagħmel il-każijiet kollha li jkun hawn bżonn, filwaqt li minn meta jinfetaħ iċ-Ċentru l-ġdid se jibda jkun hawn espert dejjem Malta,” qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.

    Bħalissa ix-xogħol fuq din il-binja għaddejj ġmielu, bil-għan li tkun kompluta u tibda tilqa’ l-pazjenti fi żmien ftit ġimgħat.

    Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne waqt żjara fil-binja tal-Isptar San Luqa

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook