RITRATTI: Jitlesta r-restawr u l-konservazzjoni fuq l-istatwa ta' Maria Bambina tal-Isla

  • Aww 12, 2017 09:01
  • Miktub minn iNews

    L-istatwa tal-Madonna magħrufa bħala Maria Bambina tal-Isla hija xogħol importanti ta' patrimonju artistiku nazzjonali tal-arti, meqjuma fis-Sacrosancta Basilica ddedikata għan-Natività tal-Verġni Marija, li l-oriġini tagħha tmur lura għal kważi 400 sena ilu. Wara restawr u konservazzjoni li sar fuqha, l-istatwa se tkun inawgurata hekk kif ilha minn wara l-festa tas-sena l-oħra bix-xogħol għaddej fuqha. Dan ix-xogħol, li sar fil-post stess, kien jinkludi diversi xogħol ta' tindif, li kixef ukoll ċerti dettalji mill-ġdid.

    Il-figura ġiet mogħtija lill-knisja parrokkjali tal-Isla fil-bidu tas-seklu 17, fejn skond it-tradizzjoni u sorsi li ntabu f'dokument tal-manuskritti fl-arkivji tal-parroċċa, l-istatwa nstabet fil-baħar flimkien ma' fdalijiet minn galjun. Jingħad li l-bastiment kien inqabad f'maltempa u nkalja fuq waħda mill-gżejjer tad-Dalmazja, li llum jifformaw parti mill-Kroazja. Kaptan mill-Awstrija, b'xini mogħbbi bil-passiġġieri, kien qiegħed jaqsam il-baħar Adrijaiku, fejn hekk kif wasal fil-viċinanzi ta' dawk il-gżejjer, flimkien ma' biċċiet oħra mill-galjun, dehret l-istatwa f'wiċċ l-ilma, fejn imbgħat dan ġabarha minn wiċċ il-baħar. Meta ngħatat Dik l-istatwa, li sa dak iż-żmien kienet korp biss,ġiet irregalata pubblikament lill-Parroċċa u lill-poplu tal-Isla. F'dak iż-żmien, il-parroċċa tal-Isla ma kellhiex statwa kif ukoll pittura tal-Verġni Marija, u għalhekk, il-kappillan Don Cosmo Talavera, b'ferħ kbir laqgħa din l-istatwa. Fis-sena 1804, l-iskultur Malti Mariano Gerada ħadem il-bażi flimkien mal-anġli għall-statwa, fejn anke bejn l-1984 u 1996 il-libsa ġiet msebbħa bi pjanċi ta 'deheb u fidda, xogħol tal-Arġentier Giovanni Bartolo.

    Meta tkellimna ma' Kan. Dun Robin Camilleri, l-Arċipriet tal-Parroċċa Maria Bambina, qalilna li kienet ix-xewqa tal-kapitlu li tingħata attenzjoni għall-istatwa tant għażiża u devota ta' Marija Bambina. Wara li tlesta r-rapport fuq l-istatwa tar-Redentur, mill-ewwel kien ingħata bidu sabiex isir studju fuq l-ixbieha f'Awwissu 2015 meta kien sar kuntatt ma' Maria Grazia Zenzani, Direttriċi tal-Kumpanija Atelier del Restauro. Barra minn hekk, twaqqaf bord apposta li kien se jissorvelja u jmexxi dan il-proċess, fejn saħansittra beda jsir ġbir apposta biex ikun jista` jiffinanzja dan il-proġett.

    Meta tkellimna ma' Valentina Lupo, waħda mid-Direttriċi tal-kumpanija, qaltilna li wara li sar studju tal-istatwa kemm tal-istruttura kif ukoll tal-kulur is-sena l-oħra, l-istatwa ittieħdet fi sptar privat fejn sar CT Scan tagħha u nstab li l-istatwa hija magħmula minn zokk sħiħ tal-injam tat-tip 'Limewood'. Barra minn hekk, instab li l-istruttura tagħha hi tajba u hemm xi xpakkar li ġej mill-fatt li l-injama hija waħda sħiħa u hekk kif bis-sħana u umdita` tespandi u terġa tiċkien, dan  il-moviment jikkawża dan b'mod naturali. 

    Hekk kif ir-restawr qed isir fil-wiċċ, fl-idejn, fis-saqajn, u fuq il-bażi, hekk kif il-kumplament ħabba l-pjanċi tad-deheb ma sarux biex ma tiġix żarmata għal dan il-proġett. Mill-istudju ukoll irriżulta li l-istatwa inżebgħet aktar milli sippost f'ċertu postijiet, fejn bħal fuq il-wiċċ kellhom jinżlu 4 saffi ta' żebgħa sakemm waslu għal-oriġinal; fuq ix-xagħar kien hemm bejn 3 u 4 millimetri ta' ġibs li kien qiegħed jagħtti l-iskultura fina fl-injam. Meta spjegatilna dwar l-bażi, Lupo qaltilna li l-anġli dawn jidher li nżebħu mal-5 darbiet, hekk kif instabu 5 saffi ta' kulur fuqhom.

    Fl-aħħar nett, spjegatilna li ovjament, kien hemm xi affarijiet li kienu neqsin u dawn kellhom jerġgħu jiġu integrati mal-kumplament. Kien hemm konsolidament tal-kulur, hekk kif dak oriġinali kien dgħajjef ħafna, fejn kien saħansittra qed jinqala minn mas-sapport. Ix-xogħol inbeda wara l-festa tas-sena l-oħra, u tlesta ftit tal-jiem ilu, kif ukoll il-proġett kien immexxi mill-konservaturi professjonali Maria Grazia Zenzani u Valentina Lupo. 

    Tkellimna ukoll ma' bosta Sengleani, li magħna esprimew sodisfazzjon kbir li din l-istatwa qed jieħdu ħsiebha. Fosthom spikka kumment li ħafna qalu; "Issa irridu naraw li nibdlu r-ritratt, għax milli smajna jidher li se tkun tidher xi naqra differenti ukoll!". Barra minn hekk, qalulna li għalihom il-Bambina hija parti minnhom, fejn saħansittra anzjan qalilna; "Jiena l-Bambina kienet, għadha u tibqa parti minni. Niftakar fi żmien wara l-gwerra, l-Inkurunazzjoni u l-bosta avvenimenti oħra. Issa li se tkun tidher differenti se nħossha naqra stramba, imma nemmen li dak li sar fuq il-Bambina tagħna, sar tajjeb u għall-aħjar ta' kulħadd." 

    Dan il-proġett importanti ta' konservazzjoni se jiġi inawgurat is-Sibt 12 ta' Awissu fis-6.00 ta' filgħodu, fil-Bażilika tal-Isla, fejn se tintgħata preżentazzjoni nteressanti dwar ix-xogħol imwettaq. Kuħadd se jkollu iċ-ċans li jara l-istatwa mill-viċin mill-jum tal-inawgurazzjoni sal-15 t' Awwissu 2017. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook