Ħallas bil-kards tal-BOV matul dan tmiem il-ġimgħa ta’ Santa Marija

  • Aww 11, 2017 20:36
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif qed joqrob l-aktar tmiem il-ġimgħa twil popolari tas-sena, il-Bank of Valletta qed iħeġġeġ lill-klijenti tiegħu jużaw il-kards tal-BOV tagħhom biex jagħmlu l-pagamenti, kemm jekk qed jippjanaw biex jaqsmu l-fliegu biex iqattgħu ftit jiem fuq il-gżira ta’ Għawdex, kif ukoll jekk qed jippjanaw xi vaganza barra mill-pajjiż.

    “Din l-inizjattiva hija waħda minn sensiela ta’ kampanji li l-Bank kien qed jagħmel matul dawn l-aħħar xhur,” spjega Ivo Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Electronic Banking. “L-isforzi tagħna huma mmirati biex joħolqu aktar sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji li joffru l-kards bħala mezz ta’ pagament, b’mod partikolari meta mqabbla mal-metodi aktar konvenzjonali, bħall-flus u ċ-ċekkijiet.”

    Is-Sur Camilleri enfasizza l-fatt li meta jsiru l-pagamenti bil-kards, sid il-kard awtomatikament jirċievi analiżi dettaljata ta’ dak li jkun nefaq. “Meta jintużaw flimkien mal-pjattaforma tal-BOV Mobile Banking, il-klijent jkollu vantaġġ akbar peress li jkun jista’ jara t-tranżazzjonijiet f’ħin reali, u jkun jista’ jagħmel pagamenti ħlasijiet bejn il-kontijiet tiegħu stess. Mill-banda l-oħra, wieħed jista’ jagħżel li jagħmel il-ħlasijiet b’mod dirett bl-użu tal-pjattaforma tal-BOV Mobile Pay, li hija ideali b’mod partikolari għal grupp ta’ ħbieb li jixtiequ jaqsmu l-kont,” huwa qal.

    Is-Sur Camilleri semma wkoll l-isforzi kontinwi li jagħmel il-Bank biex jeduka lil dawk li għandhom il-kards.  “Il-kards huma l-aktar metodu ta’ pagament preferut b’mod assolut għal dak li jkun meta jivvjaġġa, madankollu aħna ninsabu konxji li xi nies jistgħu jkunu għadhom qed isibuha bi tqila biex jużawhom.” Sabiex jindirizza dan it-tħassib, il-Bank qed joħloq għarfien dwar erba’ suġġerimenti faċli u prattiċi li wieħed għandu jqis meta jivvjaġġa bil-kards tiegħu.

    “Pereżempju, huwa importanti li l-klijent jinforma lill-Bank dwar id-destinazzjoni u l-perjodu ta’ żmien ta’ kemm se jdum imsiefer qabel jivvjaġġa. In-nies tagħna kontinwament jimmonitorjaw it-tranżazzjonijiet, u javżaw lill-klijenti meta jidentifikaw ċirkostanzi irregolari. Għalhekk, jekk inkunu avżati minn qabel li l-kard se tintuża f’post partikolari, inkunu nistgħu nimmonitorjawha aħjar kif xieraq, mingħajr ma ndejqu lil dak li jkun matul il-vjaġġ tiegħu,” spjega Ivo Camilleri. Huwa wkoll prudenti li wieħed jikkonferma l-perjodu tal-validità tal-kard tiegħu u jiċċekkja li l-PIN huwa validu qabel ma jsiefer.

    “Dawn l-isforzi huma parti integrali mill-istrateġija tal-Bank orjentata lejn il-klijent,” ikkonkluda s-Sur Ivo Camilleri. “Hija wkoll parti integrali minn din l-istrateġija li noffru lill-klijenti tagħna metodi intuwittivi ta’ kif jużaw is-servizzi bankarji li jixirqu l-aktar għall-istil tal-ħajja tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin ninvestu fis-sensibilizzazzjoni dwar kemm hu faċli u konvenjenti biex dawn jintużaw.”

    Kull min jixtieq informazzjoni addizzjonali dwar il-firxa ta’ pagamenti elettroniċi tal-Bank, jista’ jikkuntattja lill-Customer Service Centre tal-BOV fuq 2131 2020 jew permezz tal-posta elettronika fuq bovcustomercare@bov.com.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook