Sejba rekord fiż-Żejtun

  • Aww 11, 2017 21:42
  • Miktub minn iNews

    Minkejja s-sħana kbira li pajjiżna qed jesperjenza f'dawn il-jiem, ilbieraħ, fil-ġurnata ta' San Lawrenz, mijiet ta' persuni ma qatgħux qalbhom u ħadu sehem bla ħlas waqt avveniment nazzjonali The Żejtun National Heritage Treasure Hunt organizzat mill-għaqda volontarja Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Fondazzjoni Valletta18, biex jirbħu diversi rigali li laħqu għal €2600.

    Aktar minn 330 partiċipant ħadu sehem waqt din l-avventura, li dan jikkonferma li hi waħda mill-akbar sejba għat-teżor f'pajjiżna. Din kienet miftuħa għal kull età minn tfal sa adulti, l-adulti kellhom l-opportunità li jagħmlu din l-avventura bil-karozza privata tagħhom madwar iż-Żejtun u l-konfini tiegħu, filwaqt li t-tfal li għandhom inqas minn 18-il sena għamluha bil-mixi madwar iċ-ċentru taż-Żejtun. Kull individwu biex jieħu sehem kellu jkun f'tim ta' erba' persuni.
     
    It-tfal u l-adulti kellhom isibu 25 moħba kull wieħed u jieħdu sempliċiment stessu (selfie) ma' dak il-post partikolari. Kull grupp bħala għajnuna kellu mappa kif ukoll informazzjoni dwar kull post, kif ukoll biċċa minn stampa. F'kull moħba kien diversi punti li setgħu jġorru diversi rigali jew inkella ma jfissru xejn. 
     
    Għalkemm il-mistoqsijiet kienu jittrattaw dwar iż-Żejtun, ir-rebbieħa tal-kategorija tat-tfal ġiet mirbuħa miż-Żabbarin li kienu qed jieħdu sehem f'isem iż-Żabbar Scouts Group filwaqt li l-kategorija tal-Adulti ntrebħet minn persuni miż-Żejtun, iżda dawk li ġew it-tieni u t-tielet post kienu minn Marsaskala u Birżebbuġa. Għaldaqstant, il-mistoqsijiet kienu ġenerali għal kulħadd. 
     
    Dawk kollha li ħadu sehem għalkemm kienet attività bla ħlas ħadu diversi rigali magħhom, anke jekk ma rebħux.
     
    L-għaqda ŻOEY tinsab sodisfatta ħafna bil-parteċipazzjoni kbira li ħadu sehem, li dan juri li l-pubbliku għadhu juri l-interess tiegħu lejn l-istorja ta' pajjiżu u dejjem lest li jitgħallem. Minkejja r-rigali, l-għan ewlieni kien li jitgħallmu aktar dwar din il-lokalità u jieħdu gost fl-istess ħin, speċjalment dawk li jħobbu jiġbdu selfies, ġew amalgamati l-kultura mat-teknoloġija. L-għaqda stqarret li rċieviet diversi kummenti ta' tifħir għal din l-avventura. L-organizzaturi qed iħarsu 'l quddiem biex tiġi organizzata edizzjoni oħra ta' dan l-avveniment, u jirringrazzjaw lil kumpaniji tal-appoġġ kbir tagħhom li emmnu f'dan l-avvemiment nazzjonali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook