Il-missjoni ta' osservatur fis-Sirja estiża

  • Lul 21, 2012 10:24
  • Miktub minn

    Il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda b'mod unanimu vvota biex il-missjoni ta' osservatur fis-Sirja tibqa' għal 30 ġurnata oħra.

    Il-membri qablu wkoll li l-missjoni tista' tiġi estiża għall-aktar ġranet jekk l-użu tal-armi u l-ġlied jieqaf. L-osservaturi, waslu fis-Sirja biex jaraw waqfien mill-ġlied li qatt ma seħħ. Huma kienu ssospendew il-missjoni tagħhom hekk kif il-vjolenza fis-Sirja bdiet teskala. Huma eluf is-Sirjani li qegħdin jaħarbu minn pajjiżhom.

    Il-vot tal-Ġnus Magħquda ttieħed wara sigħat ta' negozjati. Ir-Russja baqgħet thedded li se tuża' l-veto biex twaqqa' r-riżoluzzjoni mressqa mir-Renju Unit, imma l-ambaxxatur ta' Moska, Vitaly Churkin fl-aħħar qabel mal-kumplament tal-membri.

    Din ir-riżoluzzjoni iġġeded il-missjoni ta' osservatur għal 30 ġurnata. Wara dan il-perijodu l-mandat jista' jiġi mġedded biss jekk is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Ban Ki-moon u l-Kunsill tas-Sigurtà jikkonfermaw li ż-żewġ naħat fil-kunflitt qegħdin jimxu mal-pjanijiet tal-Ġnus Magħquda biex jieqaf il-ġlied.

    Minn meta beda l-kunflitt 140,000 Sirjan telqu lejn il-Ġordan filwaqt li tal-inqas 3,000 Sirjan daħlu fl-Iraq fl-aħħar 24 siegħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook