Diffikultà għall-pulizija fil-każ Norveġja vs Malta

  • Lul 21, 2012 06:53
  • Miktub minn aleander balzan

    L-investigazzjoni tal-pulizija fl-allegat każ ta’ koruzzjoni fil-logħba Norveġja kontra Malta tinsab imwaħħla hekk kif il-pulizija għandha diffikultajiet biex tipproċedi dwar dan il-każ. Dan minħabba problemi ta’ ġurisdizzjoni. Imkejjen fit-taqsima kontra l-frodi tal-korp tal-Pulizija qalu ma’ inewsmalta.com li peress li l-allegat każ ta’ koruzzjoni sar fin-Norveġja l-pulizija tista’ ssibha kważi impossibbli biex tmexxi l-każ.

    Is-sena l-oħra, il-logħba Norveġja kontra Malta kienet issemmit f’wieħed mill-ikbar proċessi f’Qorti, dwar ftehim fuq riżultati ta’ futbol. Kien Marijo Cvrtak, li fil-Qorti kien akkużat b’sehem f’manipulazzjoni ta’ logħob, li semma din il-logħba. Qal li minn tal-inqas iltaqa’ ma’ tliet plejers Maltin dwar din il-logħba. Żied li kien jippreferi riżultat ta’ 5-0 imma l-plejers kienu diġa’ qablu bejniethom dwar riżultat ta’ 4-0.

    inewsmalta.com tkellem mal-avukat Ramona Frendo dwar xi tgħid il-liġi Maltija dwar każi bħal dawn. Frendo kkonfermat dak li qalu l-imkejjen tagħna “Skont il-Kodici Kriminali [Artikolu 5] jekk reat ma jsirx hawn Malta, imma minn persuna Maltija, huma ftit ir-reati li tista' ssir akkuża hawn Malta dwarhom. Biex nagħtik indikazzjoni: - ġenoċidju, tortura, bigamija u reati kontra l-persuna ta' vittma Malti.

    “Ladarba l-plejers Maltin kienu n-Norveġja meta sar ir-reat u non si tratta ta' wieħed mir-reati indikati mill-Artikolu 5, naħseb li verament ma tistax issir prosekuzzjoni hawn Malta,” qalet Frendo.

    Intant, huma differenti regoli tad-dija sportiva u jekk iħossu li għandhom biżżejjed provi kemm l-MFA u kemm il-UEFA jistgħu jieħdu passi dixxiplinarji, li f’każi bħal dawn ikunu serji ħafna. Fil-fatt il-UEFA diġá bdiet proċeduri kontra żewġ plejers internazzjonali Maltin. Qiegħed jingħad li fil-każ ta' wieħed minn dawn il-plejers qiegħda tkun mitluba sospensjoni għal għomru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  

Facebook