Spettaklu grandjuż f’Ħaż Żebbuġ

  • Lul 27, 2017 14:16
  • Miktub minn iNews

    Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Ġużepp iċċelebrata matul din il-ġimgħa f’Ħaż Żebbuġ, il-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan ħa ħsieb biex illejla itella’ spettaklu ta’ banda, nar u briju waqt il-marċ grandjuż tal-ħamis.

    Dan il-marċ brijuż li jibda għal ħabta tat-8.15pm, jilħaq il-qofol tiegħu fl-10pm hekk kif jasal fil-pjazza ewlenija ta’ Ħaż Żebbuġ. Il-partitarji Ġużeppini jingħaqdu mal-Banda De Rohan biex jakkumpanjaw il-marċ bi brijju kbir. 

    L-ispettaklu tal-lejla jilħaq il-qofol tiegħu mat-tmiem tal-marċ brijjuż hekk kif nassistu għal spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika minn fuq il-bejt tal-każin. Dan l-ispettaklu ta’ 15-il minuta jinvolvi xejn inqas minn 2200 effett kollha sinkronizzati mal-mużika b’diversi disinni oriġinali u innovattivi. Mistenni isir ukoll festun mal-arblu ewlieni tal-każin, kollu b’effetti tan-nar. Waqt dan l-ispettaklu ser jinħarqu xejn inqas minn 17-il effett differenti kollha maħduma fil-Kamra tan-Nar San Ġużepp b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Żgħażagħ Ġużeppini.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook