Membri tal-Klabb McLaren Malta f’Silverstone

  • Lul 20, 2012 16:33
  • Miktub minn

    Bħas-snin imgħoddija l-klabb McLaren ta’ Malta organizza mawra għall-membri u l-ħbieb għall-Grand Prix tal-Ingilterra. Il-grupp attenda għall-provi ta’ kwalifika s-Sibt u t-tellieqa tal-Ħadd f’Silverstone, bis-Sibt il-provi jittawlu b’siegħa minħabba x-xita li niżlet. Il-Ġimgħa l-grupp żar l-istore tal-McLaren ‘Inside Track’ li fetaħ ftit ġimgħat ilu f’Westfield, l-akbar kumpless ta’ ħwienet fl-Ewropa. Hemmhekk huma kellhom l-opportunità jammiraw replika tal-karozza McLaren MP4-26. Il-Ħadd filgħaxija wara t-tellieqa huma kellhom ix-xorti li jassistu għall-wasla tat-torċa Olimpika f’Luton u li kellha tinġarr it-Tnejn filgħodu minn ħadd ħlief is-sewwieq tal-Vodafone McLaren Mercedes Lewis Hamilton. Din hi s-seba’ sena konsekuttiva li l-klabb organizza mawra għal din it-tellieqa tal-Formula 1 fl-Ingilterra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0