Muscat jindika li l-MPs nisa jista' jiżdied f'din il-leġislatura

  • Lul 17, 2017 19:07
  • Miktub minn iNews

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat ta indikazzjoni li n-numru tal-membri parlamentari jista' jiżdied f'din il-leġislatura stess biex ikun hemm aktar nisa.

    Huwa qal dan fil-Parlament hekk kif il-membri parlamentari komplew jiddiskutu d-diskors tal-President tar-Repubblika fil-ftuħ ta' din il-leġislatura. Muscat qal li l-Parlament jista' jsib mekkaniżmi u sistemi biex il-membri parlamentari nisa jiżdiedu minn din il-leġislatura.

    Il-Prim Ministru saħaq li hemm bżonn ta' xokk għas-sistema biex aktar nisa jkunu fil-Parlament. Muscat semma wkoll li wara l-waqfa għall-vaganzi tas-Sajf irid li meta jirritorna l-Parlament dan jiddiskuti l-ħinijiet li fih jiltaqa' u anke jekk il-membri parlamentari għandhom jingħataw il-fakulta li jokkupaw dan l-irwol fultajm. 

    Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru saħaq ukoll li f'din il-leġisaltura jrid ukoll diskussjoni dwar ir-riforma kostituzzjonali, l-użu tal-kannabis bħala mezz ta' rikreazjoni u l-prostituzzjoni.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0