L-ewwel edizzjoni tal-festival Rock The Rock f’Malta

  • Lul 17, 2017 19:25
  • Miktub minn Charlo Lautier

    Se jkun mifrux fuq tliet’ijiem f’Ta Qali

    Tħabbru d-dettalji tal-ewwel edizzjoni tal-festival ‘Rock The Rock’ (RTR). Dan mhux l-ewwel biss fl-isem, iżda wkoll fil-kobor, għax se jiġu armati diversi palkijiet li fuqhom se tindaqq mużika rock differenti.  

    Palk minnhom se jkun iddedikat għall-ġeneru tal-Metal, ieħor għall-mużika Rock u ieħor li se jospita gruppi lokali ddedikat għal ġeneru Alternative Rock. Dan il-festival huwa meqjus li se jkun l-ikbar wieħed ta’ Rock Metal f’pajjiżna. 

    Il-festival se jsir bejn il-Ġimgħa 11 u l-Ħadd 13 t’Awwissu f’Ta Qali b’interpretazzjonijiet ta’ 16-il grupp mużikali kuljum b’total ta’ 50 grupp li se jieħu sehem f’dan il-festival massiv.

    Barra minn dan, il-festival se jkun fih ukoll diversi attrazzjonijiet varjati bħal żewġ wirjiet Pro-Wrestling, attivitajiet medjevali, artiġjanat, ġnien tal-birra, bosta stands tal-ikel u żona wkoll iddedikata lit-tfal.

    Bħal ma jsir ġo festivals internazzjonali tal-mużika, f’Malta se jkun hemm ukoll żona ta' l-ikkampjar għal dawk li jkunu jridu jqattgħu tliet’ijiem fil-festival.

    Għal aktar informazzjoni dwar il-gruppi li se jieħdu sehem u għall-biljetti wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku www.rocktherockmalta.com , il-paġna fuq is-sit soċjali Facebook rocktherockmalta jew jibgħat imejl fuq info@rocktherockmalta.com

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0