Mhux ħati li waddabblu tazza u ferih gravi

  • Lul 17, 2017 18:17
  • Miktub minn iNews

    Stephen Azzopardi ta’ 36 sena li jaħdem bħala barman, ma nstabx ħati, fuq nuqqas ta’ provi, li darab gravi persuna oħra li kienet allegat li waddbitlu tazza u laqtitu f’moħħu, bil-konsegwenza li ndarab gravi.

    Il-każ kellu l-bidu tiegħu nhar l-10 ta’ Frar 2014 għall-ħabta tas-2.00 a.m., wara rapport li sar minn Clinton Attard li mar l-għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan flimkien ma’ ċertu Roderick Zammit. Attard allega li xi siegħa qabel kienu fl-istabbiliment Sky Club, mal-bar, u talab drink lill-barman u dan waddabblu tazza u laqtu f’moħħu u bħala konsegwenza indarab.

    Fix-xhieda tiegħu, Attard qal li kien qiegħed il-club, mar jixtri d-drink u ra wieħed jipponta subgħajh lejh waqt li hu kien qiegħed bil-flus f’idejh lest li jħallas. Qal li ordna l-flixkun u f’ħin minnhom jara oġġett ġej għal rasu. Huwa qal li mtela bid-demm, ipprova jirritalja imbagħad ħarġuh ‘l barra mill-istabbiliment u ġiet ambulanza. 

    Dwar il-lejl tal-inċident, l-imputat qal li hu kien xogħol bħala Head Barman mal-bar it-twil fil-VIP section liema bar huwa maqsum f’erba’ sezzjonijiet. Qal li għall-ħabta tal-11.30 p.m. ra kommozzjoni, (inkluż tnejn min-nies li kienu barra l-bar iwaddbu fliexken u affarijiet) għalhekk huwa ħareġ u mar isejjaħ lis-security. Madanakollu s-security kien diġa’ induna li hemm l-inkwiet. 

    Waqt li s-security kienu qed joħorġu lil dawn iż-żewġ persuni ‘l barra, wieħed tgerbeb u waqa’. L-imputat qal li ma kellux idea min kienu dawn in-nies. 

    Meta kien staqsa lill-barmen l-oħra fuq xiex kienet il-ġlieda, dawn infurmawh  li kien hemm klijent li ma riedx iħallas żewġ fliexken vodka. L-imputat għadda din l-informazzjoni lill-Pulizija. Meta għamlu l-istħarriġ li dehrilhom li kellhom jagħmlu l-Pulizija, huma talbu lill-imputat biex imur magħhom l-għassa biex isaqsuh xi affarijiet peress li hu kien jieħu ħsieb il-bar. 

    Meta mbagħad ħaduh l-Għassa, il-Pulizija bdew jallegaw li hu kien involut fil-ġlieda u żammewh arrestat.

    Il-Qorti kkunsidrat li meta Attard u Zammit marru l-Għassa biex jagħmlu r-rapport huma semmew barman, mingħajr ma taw deskrizzjoni tiegħu. Eventwalment huma, it-tnejn flimkien, intwerew ritratt tal-imputat u kien biss fuq dan is-suġġeriment li huma identifikawh bħala l-barman li kienu semmew. 

    “Huwa ċar li l-identifikazzjoni fl-istadju tal-investigazzjoni saret kontra kull regola għaliex bil-mod kif saret Attard u Zammit kienu bla dubju ssuġġestjonati biex jidentifikaw lill-imputat u lil ħadd iktar, bħala l-persuna li tefgħet it-tazza.”

    Fid-dawl tal-provi skarsi u inkonklussivi tal-Prosekuzzjoni u l-fatt li l-imputat ċaħad kategorikament li huwa tefa’ xi tazza, il-Qorti qalet li ma tqisx li ġie pruvat ‘l hemm minn kull dubju dettat mir-raġuni li kien proprju l-imputat li tefa’ t-tazza lejn Attard.

    Għal dawn ir-raġunijiet, ma sabitx lil Azzopardi ħati tal-imputazzjoni miġjuba kontrih u lliberatu minnha. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Luke Bonello.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook